+Artikolu 5 Rapport dwar l-ambjent
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4

Artikolu 5 Rapport dwar l-ambjent

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1. Meta stima ambjentali tkun meħtieġa skond l-Artikolu 3(1), għandu jkun ippreparat rapport dwar l-ambjent li fih l-effetti sinifikanti li x'aktarx ikun hemm fuq l-ambjent b'konsegwenza ta' l-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm, u alternattivi raġonevoli billi jkunu kkunsidrati l-għanijiet u l-iskop ġeografiku tal-pjan jew il-programm, ikunu identifikati, deskritti u evalwati. L-informazzjoni li għandha tingħata għal dan il-għan hi msemmija fl-Anness I.

Artikolu 5 2

2. Ir-rapport dwar l-ambjent ippreparat bis-saħħa tal-paragrafu 1 għandu jinkludi l-informazzjoni li tista' tkun mitluba b'mod raġonevoli meta jkunu ikkunsidrati l-għarfien u l-metodi ta' stima, il-kontenut u l-livelli tad-dettal fil-pjan jew fil-programm, l-istadju tiegħu fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u sa fejn ċerti materji jkunu stmati b'mod aktar xieraq fil-livelli differenti f'dak il-proċess sabiex ikun evitat duplikazzjoni ta' l-istima.

Artikolu 5 3

3. L-informazzjoni rilevanti dwar l-effetti fuq l-ambjent tal-pjanijiet u l-programmi u miksuba fil-livelli l-oħra tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew permezz ta' leġislazzjoni oħra tal-Komunità tista' tintuża biex tipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Anness I.

Artikolu 5 4

4. L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(3) għandhom ikunu kkonsultati meta jkunu deċiżi l-iskop u l-livell tad-dettal ta' l-informazzjoni li għandha tkun inkluża fir-rapport dwar l-ambjent.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.07.2001 00:00:00 -Doknr: CELEX:32001L0042
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.