+ANNESS I Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)

ANNESS I Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)

ANNESS I

Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)

L-informazzjoni li għandha tingħata taħt l-Artikolu 5(1), suġġetta għall-Artikolu 5(2) u (3), hi din li ġejja:

(a) qafas tal-kontenut, l-għanijiet prinċipali tal-pjan jew il-programm u r-relazzjoni ma' pjanijiet u programmi rilevanti oħra;

(b) l-aspetti rilevanti ta' l-istat preżenti ta' l-ambjent u l-evoluzzjoni li x'aktarx tirriżulta mingħajr l-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm;

(ċ) il-karatteristiċi ambjentali ta' żoni li x'aktarx ikunu milquta b'mod sinifikanti;

(d) xi problemi ambjentali eżistenti li huma rilevanti għall-pjan jew il-programm inkluż, b'mod partikolari, dawk li jirreferu għal xi żoni ta' mportanza ambjentali partikolari, bħalma huma żoni magħżula bis-saħħa tad-Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE;

(e) l-għanijiet tal-protezzjoni ta' l-ambjent, stabbiliti fil-livell internazzjonali, tal-Komunità jew ta' l-Istat Membru, li huma rilevanti għall-pjan jew il-programm u l-mod li bih dawk l-għanijiet u xi konsiderazzjonijiet ambjentali ġew ikkunsidrati matul il-preparazzjoni tiegħu;

(f) l-effetti sinifikanti li x'aktarx iseħħu [1] fuq l-ambjent, inklużi dwar il-materji bħall-fatturi tal-bijodiversità, il-popolazzjoni, is-saħħa umana, il-fawna, il-flora, il-ħamrija, l-ilma, l-arja, il-klima, l-assi materjali, il-wirt kulturali inkluż il-wirt arkitettorali u arkeoloġiku, il-landscape u r-relazzjoni bejn il-fatturi hawn fuq imsemmija;

(g) il-miżuri maħsuba biex jipprevjenu, jnaqqsu u kemm jista' jkun jneħħu xi effetti ħżiena sinifikanti fuq l-ambjent bħala konsegwenza ta' l-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm;

(h) qafas tar-raġunijiet għall-għażla ta' l-alternattivi maħsuba, u deskrizzjoni ta' kif l-istima saret inklużi xi diffikultajiet (bħal defiċjenzi tekniċi jew nuqqas ta' għerf) li wieħed iltaqa' magħhom fil-ġbir ta' l-informazzjoni meħtieġa;

(i) deskrizzjoni tal-miżuri maħsuba dwar is-sorveljar skond l-Artikolu 10;

(j) sommarju mhux tekniku ta' l-informazzjoni mogħtija taħt l-intestaturi ta' hawn fuq.

[1] Dawn l-effetti għandhom jinkludu effetti sekondarji, kumulattivi, sinerġistiċi, qosra, medji u permanenti f'medda twila ta' żmien u f'perjodu temporanju, pożittivi u negattivi.

--------------------------------------------------

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.07.2001 00:00:00 -Doknr: CELEX:32001L0042
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.