|
+Preamble: 1 |
Preamble: 1Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KONSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 80(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mil-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni, Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3]), u fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-1 ta' Diċembru 2003, Billi: (1) Azzjoni mil-Komunitá fil-qasam ta' transport permezz ta' l-ajru għandha jkollha l-iskop, fost affarijiet oħrajn, li tassigura livell ogħli ta' protezzjoni għall-passiġġieri. 'Il fuq minn dan, konsiderazzjoni sħiħa għandha tiġi meħuda tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni tal-konsumatur b'mod ġenerali. (2) Il-fatt li ma jitħallewx jitilgħu u l-kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet jistgħu jikkawżaw problemi serji u inkonvenjenza għall-passiġġieri. (3) Filwaqt li r-Regolament tal-Konsill (KEE) Nru 295/91 ta' l-4 ta' Frar 1991 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistema ta' kumpens għal meta ma jitħallewx jitilgħu f'trasport permezz ta' l-ajru skedat [4] ħoloq protezzjoni bażika għal passiġġieri, in-numru ta' passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu kontra l-volontá tagħhom tibqa' għolja wisq, bħalma tibqa' dik affettwata minn kanċellazzjonijiet mingħajr notifika minn qabel u dik affettwata minn dewmien twal. (4) Il-Komunitá għandha għalhekk togħla l-istandards ta' protezzjoni stabbiliti minn dak ir-Regolament kemm biex issaħħaħ id-drittijiet ta' passiġġieri u biex tassigura li trasportaturi ta' l-ajru jaħdmu taħt kondizzjonijiet armonizzati f'suq illiberalizzat. (5) Peress illi d-distinzjoni bejn servizzi ta' l-ajru skedati u mhux skedati qed issir inqas b'saħħitha, din il-protezzjoni għandha tapplika għal passiġġieri mhux biss fuq titjiriet skedati imma wkoll fuq titjiriet mhux skedati, inklużi dawk li jifformaw parti minn package tours. (6) Il-protezzjoni mogħtija lill-passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab fi Stat Membru għandha tiġi estiża għal dawk li jitilqu minn ajruport li jinstab f'pajjiż terz għal wieħed li jinstab fi Stat Membru, meta mezz tal-ġarr Komunitarju jopera t-titjira. (7) Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, l-obbligazzjonijiet li joħloq għandhom jibqgħu mal-trasportatur ta' l-ajru li qed jopera li jwettaq jew li għandu l-ħsieb li jwettaq titjira, kemm jekk b'inġenji ta' l-ajru li qegħdin fil-proprjetá, taħt kiri dry jew wet, jew fuq kwalunkwe bażi oħra. (8) Dan ir-Regolament m'għandux jirrestrinġi d-drittijiet tal-trasportatur ta' l-ajru li jopera biex ifittex kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skond il-liġi applikabbli. (9) In-numru ta' passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu kontra l-volontá tagħhom għandu jiġi mnaqqas billi l-trasportaturi ta' l-ajru jiġu meħtieġa jsejħu volontarji biex jħallu r-reżervazzjonijiet tagħhom, bi skambju għal vantaġġi, minflok illi ma jħallux lill-passiġġieri jitilgħu, u billi jikkompensaw b'mod sħiħ dawk li fl-aħħar ma tħallewx jitilgħu. (10) Passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu kontra l-volontá tagħhom għandhom jitħallew jew jikkanċellaw it-titjiriet tagħhom, b'rimbors tal-biljetti tagħhom, jew ikompluhom taħt kondizzjonijiet sodisfaċjenti, u ħsieb xieraq tagħhom għandu jiġi meħud filwaqt li qed jistennew titjira li ser isseħħ aktar tard. (11) Voluntiera għandhom ukoll jitħallew jikkanċellaw it-titjiriet tagħhom, b'rimbors tal-biljetti tagħhom, jew ikompluhom taħt kondizzjonijiet sodisfaċjenti, peress illi jsibu diffikultajiet ta' vjaġġar simili għal dawk li jgħaddu minnhom passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu kontra l-volontá tagħhom. (12) Il-problemi u l-inkonvenjenza għal passiġġieri kkawżati minn kanċellazzjoni ta' titjiriet għandhom ukoll jiġu mnaqqsin. Dan għandu jiġi miksub permezz tat-tħeġġiġ tal-trasportaturi biex jinfurmaw lill-passiġġieri b'kanċellazzjonijiet qabel il-ħin skedat tat-tluq u minn barra dan biex joffrulhom arranġament għall-vjaġġ ragonevoli, sabiex il-passġiġġieri jistgħu jagħmlu arranġamenti oħrajn. Trasportaturi ta' l-ajru għandhom jikkompensaw passiġġieri jekk jonqsu milli jagħmlu dan, ħlief għal meta l-kanċellazzjoni sseħħ f'ċirkostanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki jekk il-miżuri raġonevoli kollha kienu ttieħdu. (13) Passiġġieri li t-titjiriet tagħhom huma kkanċellati għandhom jitħallew jew jiksbu rimbors tal-biljetti tagħhom jew jiksbu arranġament ieħor taħt kondizzjonijiet sodisfaċjenti, u ħsieb xieraq tagħhom għandu jiġi meħud waqt li qed jistennew titjira ta' aktar tard. (14) Bħal taħt il-Konvenzjoni ta' Montreal, obbligazzjonijiet dwar trasportaturi ta' l-ajru li jaħdmu għandhom ikunu limitati jew esklużi fejn xi ħaġa ġiet ikkawżata minn ċirkostanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki jekk il-miżuri kollha raġonevoli kienu ttieħdu. Ċirkostanzi bħal dawn jistgħu, partikolarment, iseħħu f'każijiet ta' nuqqas ta' stabbilitá politika, kondizzjonijiet meteoroloġiċi li ma jaqblux ma' l-operazzjoni tat-titjira in kwistjoni, riskji tas-sigurtá, nuqqasijiet mhux mistennijin fir-rigward tas-sigurtá tat-titjira u strajkijiet li jaffettaw l-operazzjoni ta' trasportatur ta' l-ajru li jopera. (15) Ċirkostanzi straordinarji għandhom jiġu meqjusin li jeżistu fejn l-impatt ta' deċiżjoni dwar il-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru fir-rigward ta' inġenju ta' l-ajru partikolari fuq ġurnata partikolari tikkawża dewmien twil, dewmien ta' matul il-lejl, jew il-kanċellazzjoni ta' titjira waħda jew aktar titjiriet ta' dak l-inġenju ta' l-ajru, anki jekk il-miżuri raġonevoli kollha ttieħdu mil-trasportatur ta' l-ajru in kwistjoni biex jiġu evitati id-dewmien jew kanċellazzjonijiet. (16) F'każijiet fejn package tour hu kkanċellat għal raġunijiet barra mill-kanċellazzjoni tat-titjira, dan ir-Regolament m'għandux jiġi applikat. (17) Għandu jittieħed ħsieb xieraq ta' passiġġieri li t-titjiriet tagħhom huma mdewmin għal ħin speċifiku tagħhom u dawn għandhom jitħallew jikkanċellaw it-titjiriet tagħhom b'rimbors tal-biljetti tagħhom jew ikompluhom taħt kondizzjonijiet sodisfaċjenti. (18) Ħsieb tal-passiġġieri li qed jistennew titjira oħra jew titjira li għandha d-dewmien jista' jiġi limitat jew miċħud jekk l-għoti ta' ħsieb innifsu kien jikkawża dewmien ulterjuri. (19) Trasportaturi ta' l-ajru li jaħdmu għandhom jilħqu l-ħtiġijiet speċjali ta' persuni li għandhom mobbiltá mnaqqsa u kwalunkwe persuni li qegħdin magħhom. (20) Passiġġieri għandhom jiġu informati b'mod sħiħ bid-drittijiet tagħhom fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod effettiv. (21) Stati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għal vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jassiguraw li dawn is-sanzjonijiet huma applikati. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u imġiegħla. (22) Stati Membri għandhom jassiguraw u jissorveljaw ħarsien ġenerali mil-trasportaturi ta' l-ajru tagħhom ma' dan ir-Regolament u jinnominaw korp xieraq biex iwettaq dawn il-kompiti ta' infurzar. Din is-sorveljanza m'għandhiex taffettwa d-drittijiet ta' passiġġieri u trasportaturi ta' l-ajru biex ifittxu rimedju legali minn qrati taħt proċeduri ta' liġi nazzjonali. (23) Il-Kummissjoni għandha tannalizza l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha teżamina partikolarment l-opportunitá li testendi l-iskop tiegħu għall-passiġġieri kollha li għandhom kuntratt ma' operatur tat-tour jew ma' trasportatur Komunitarju, meta jiltlaq minn ajruport ta' pajjiż terz għal ajruport ta' Stat Membru. (24) Arranġamenti għal aktar kooperazzjoni dwar l-użu ta' l-ajruport ta' Ġibraltar kienu miftehma f'Londra fit-2 ta' Diċembru 1987 mir-Renju ta' l-Ispanja u mir-Renju Unit f'dikjarazzjoni konġunta mil-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi. Dawn l-arranġamenti għad għandhom jibdew joperaw. (25) Ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 għandu jiġi mħassar skond dan, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|