+Artikolu 3 Skop
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
|
Artikolu 3 Skop
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. Dan ir-Regolament għandu japplika: (a) għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab fit-territorju ta' Stat Membru għal liema japplika t-Trattat; (b) għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab f'pajjiż terz għal ajruport li jinstab fit-territorju ta' Stat Mebru għal liema japplika t-Trattat, kemm-il darba rċievu vantaġġi jew kumpens u ġew mogħtija assistenza f'dak il-pajjiż terz, jekk il-trasportatur ta' l-ajru li qed jopera tat-titjira in kwistjoni hu trasportatur Komunitarju.
|
|
Artikolu 3 2
|
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika fuq il-kondizzjoni li l-passiġġieri: (a) għandhom reżervazzjoni kkonfermata fuq it-titjira in kwistjoni u. ħlife fil-każ ta' kanċellazzjoni msejħa fl-Artikolu 5, jippreżentaw lilhom infushom għal check-in, - kif stabbilit u fil-ħin indikat minn qabel u bil-miktub (inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi) mil-trasportatur ta' l-ajru, l-operatur tat-tourjew l-aġent tal-vjaġġ awtorizzat, jew, jekk l-ebda ħin hu indikat, - mhux aktar tard minn 45-il minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat; jew (b) ġew ittrasferiti minn trasportatur ta' l-ajru jew operatur tat-tour mit-titjira għal liema kellhom reżervazzjoni għal titjira oħra, irrespettivament mir-raġuni.
|
|
Artikolu 3 3
|
3. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-passiġġieri li jivvjaġġaw mingħajr ħlas jew bi prezz imnaqqas li mhux qiegħed għad-dispożizzjoni direttament jew indirettment għall-pubbliku. Madankollu, għandu japplika għall-passiġġieri li għandhom biljetti maħruġa taħt programm ta' min itir ta' spiss jew programm kummerċjali ieħor minn trasportatur ta' l-ajru jew operator tat-tour.
|
|
Artikolu 3 4
|
4. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-passiġġieri ttrasportati permezz ta' inġenji ta' l-ajru bil-mutur bil-ġwienaħ imwaħħlin.
|
|
Artikolu 3 5
|
5. Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe trasportatur ta' l-ajru li jopera li jipprovdi trasport għall-passiġġieri koperti mil-paragrafi 1 u 2. Fejn trasportatur ta' l-ajru li jopera li m'għandu l-ebda kuntratt mal-passiġġier iwettaq obbligazzjonijiet taħt dan ir-Regolament, għandu jiġi meqjus li qed jagħmel dan f'isem il-persuna li għandha kuntratt ma' dak il-passiġġier.
|
|
Artikolu 3 6
|
6. Dan ir-Regolament m'għandux jaffetwa d-drittijiet ta' passiġġieri taħt id-Direttiva 90/314/KEE. Dan ir-Regolament m'għandux japplika f'każijiet fejn package tour hu kkanċellat għal raġunijiet barra minn kanċellazzjoni tat-titjira.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.02.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0261
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|