|
1. Fil-każ ta' kanċellazzjoni ta' titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom: (a) jiġu offruti assistenza mil-trasportatur ta' l-ajru li jopera skond l-Artikolu 8; u (b) jiġu offruti assistenza mil-trasportatur ta' l-ajru li jopera skond l-Artikolu 9(1)(a) u 9(2), kif ukoll, fil-każ ta' għemil ta' rotta differenti meta l-ħin tat-tluq raġonevolment mistenni tat-titjira ġdida hu mill-inqas il-ġurnata wara t-tluq kif kien ippjanat għat-titjira kkanċellata, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(ċ); u (ċ) jkollhom id-dritt għal kumpens mil-trasportatur ta' l-ajru li jopera skond l-Artikolu 7, kemm-il darba: (i) huma informati bil-kanċellazzjoni mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat; jew (ii) huma informati bil-kanċellazzjoni bejn ġimgħatejn u sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn sagħtejn qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn erba' sigħat wara l-ħin tal-wasla skedat; jew (iii) huma informati bil-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat.
|