+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(6) u l-Artikolu 132 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6 u l-Artikolu 33(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Inter-istituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi biex jiġu eżerċitati kontabilità u sorveljanza demokratiċi fuq l-eżerċitar tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (2),
Wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika u l-analiżi li saru b’mod konformi mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Bord Superviżorju u b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti,
Billi:
|
(1)
|
Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (iktar ‘il quddiem ir-“Regolament MSU”) jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) kompost mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (national competent authorities - NCAs) tal-Istati Membri parteċipanti.
|
|
(2)
|
Fil-qafas tal-Artikolu 6 tar-Regolament MSU, il-BĊE għandu kompetenza esklużiva li jwettaq il-kompiti mikro-prudenzjali mogħtija lilu mill-Artikolu 4 tiegħu dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti. Il-BĊE huwa responsabbli għall-funzjonament effettiv u konsistenti tal-MSU u biex jissorvelja l-funzjonament tas-sistema, fuq il-bażi tar-responsabbiltajiet u l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 6 tar-Regolament MSU.
|
|
(3)
|
Fejn xieraq u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà u l-kontabbiltà tal-BĊE għall-kompiti mogħtija lilu permezz tar-Regolament MSU, l-NCAs huma responsabbli biex jassistu lill-BĊE, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament MSU u f’dan ir-Regolament, fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe att relatat mal-kompiti msemmija fl-Artikolu 4 relatati mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha, inkluża assistenza f’attivitajiet ta’ verifika. Għal dan l-iskop, l-NCAs għandhom isegwu l-istruzzjonijiet mogħtija mill-BĊE meta jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament MSU.
|
|
(4)
|
Il-BĊE, l-NCAs u l-awtoritajiet nazzjonali nominati (national designated authorities - NDAs) għandhom iwettqu l-kompiti makro-prudenzjali msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament MSU u jsegwu l-proċeduri ta’ koordinazzjoni pprovduti fih, f’dan ir-Regolament u fil-liġi tal-Unjoni relevanti, mingħajr preġudizzju għall-irwol tal-Eurosistema u tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.
|
|
(5)
|
Fi ħdan l-MSU, ir-responsabbiltajiet superviżorji rispettivi tal-BĊE u tal-NCA huma allokati fuq il-bażi tas-sinifikanza tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-MSU. Dan ir-Regolament jistabbilixxi, b’mod partikolari, il-metodoloġija speċifika għall-evalwazzjoni ta’ dik is-sinifikanza, kif meħtieġ mill-Artikolu 6(7) tar-Regolament MSU. Il-BĊE għandu kompetenza ta’ superviżjoni diretta fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji, kumpaniji holding finanzjarji mħallta stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti, u fergħat fi Stati Membri parteċipanti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri li ma jipparteċipawx li huma sinifikanti. L-NCAs huma responsabbli għas-superviżjoni diretta tal-entitajiet li huma inqas sinifikanti, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-BĊE li jiddeċiedi f’każijiet speċifiċi li jagħmel superviżjoni diretta ta’ dawk l-entitajiet meta dan ikun neċessarju għall-applikazzjoni konsistenti ta’ standards ta’ superviżjoni.
|
|
(6)
|
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi reċenti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sanzjonijiet u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-prinċipju ta’ separazzjoni bejn investigazzjoni u l-fażi tat-teħid ta’ deċiżjoni, ser tiġi stabbilita unità indipendenti ta’ investigazzjoni mill-BĊE li għandha tinvestiga b’mod awtonomu l-ksur ta’ regoli u deċiżjonijiet ta’ superviżjoni.
|
|
(7)
|
L-Artikolu 6(7) tar-Regolament MSU jipprovdi li l-BĊE għandu, b’konsultazzjoni mal-NCAs u fuq il-bażi ta’ proposta mill-Bord Superviżorju, jadotta u jippubblika qafas biex jorganizza l-arranġamenti prattiċi għal kooperazzjoni bejn il-BĊE u l-NCAs fi ħdan l-MSU.
|
|
(8)
|
L-Artikolu 33(2) tar-Regolament MSU jiddikjara li l-BĊE għandu jippubblika, permezz ta’ regolamenti u deċiżjonijiet, l-arranġamenti operazzjonali ddettaljati għal-implimentazzjoni tal-kompiti mogħtija lilu permezz ta’ dak ir-Regolament. Dan ir-Regolament jinkludi d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 33(2) dwar il-kooperazzjoni bejn il-BĊE u l-NCAs fi ħdan l-MSU.
|
|
(9)
|
Bħala riżultat, dan ir-Regolament jiżviluppa aktar u jispeċifika l-proċeduri ta’ kooperazzjoni stabbiliti fir-Regolament MSU bejn il-BĊE u l-NCAs fi ħdan l-MSU, kif ukoll fejn xieraq, mal-awtoritajiet nazzjonali nominati, u b’hekk jiżgura l-funzjonament effettiv u konsistenti tal-MSU.
|
|
(10)
|
Il-BĊE jagħti importanza kbira lill-evalwazzjoni komprensiva ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, inkluża l-evalwazzjoni tal-karta tal-bilanċ li huwa għandu jwettaq qabel ma jassumi l-kompiti tiegħu. Dan jestendi għal kull Stat Membru li jissieħeb maż-żona tal-euro u li b’hekk jingħaqad mal-MSU wara d-data għall-bidu tas-superviżjoni b’mod konformi mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament MSU.
|
|
(11)
|
Huwa essenzjali għall-funzjonament mingħajr xkiel tal-MSU li jkun hemm kooperazzjoni sħiħa bejn il-BĊE u l-NCAs u li jiskambjaw l-informazzjoni kollha li jista’ jkollha impatt fuq il-kompiti rispettivi tagħhom, b’mod partikolari, l-informazzjoni kollha li l-NCAs ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom fir-rigward ta’ proċeduri li jista’ jkollhom impatt fuq is-sikurezza u s-sodezza ta’ entità taħt superviżjoni jew li jinteraġixxu mal-proċeduri superviżorji b’rabta ma’ dawk l-entitajiet,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ April 2014.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|