+Artikolu 1 1
|
Artikolu 1 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar dawn kollha li ġejjin:
|
(a)
|
il-qafas imsemmi fl-Artikolu 6(7) tar-Regolament MSU, jiġifieri qafas biex jiġu organizzati l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament MSU fir-rigward tal-kooperazzjoni fi ħdan l-MSU, sabiex jinkludi:
|
(i)
|
il-metodoloġija speċifika għall-evalwazzjoni u r-rieżami ta’ jekk entità taħt superviżjoni hijiex ikklassifikata bħala sinifikanti jew inqas sinifikanti skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament MSU, u l-arranġamenti li jirriżultaw minn din l-evalwazzjoni;
|
|
(ii)
|
id-definizzjoni tal-proċeduri, inklużi l-limiti taż-żmien, ukoll f’relazzjoni mal-possibbiltà għall-NCAs li jħejju abbozzi ta’ deċiżjonijiet għall-kunsiderazzjoni tal-BĊE, fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-BĊE u l-NCAs fir-rigward tas-superviżjoni ta’ entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni;
|
|
(iii)
|
id-definizzjoni tal-proċeduri, inklużi l-limiti taż-żmien, fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-BĊE u l-NCAs fir-rigward tas-superviżjoni ta’ entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni. B’mod partikolari, dawn il-proċeduri għandhom jeħtieġu lill-NCAs, skont il-każijiet iddefiniti f’dan ir-Regolament, biex:
|
—
|
jinnotifikaw lill-BĊE dwar kwalunkwe proċedura superviżorja materjali;
|
|
—
|
jivvalutaw ulterjorment, fuq talba tal-BĊE, aspetti speċifiċi tal-proċedura;
|
|
—
|
jibagħtu lill-BĊE l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet superviżorji materjali, li dwarhom il-BĊE jista’ jesprimi l-fehmiet tiegħu;
|
|
|
|
(b)
|
kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn il-BĊE u l-NCAs fi ħdan l-MSU fir-rigward tal-proċeduri relatati ma’ entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni, inklużi proċeduri komuni li japplikaw għal awtorizzazzjonijiet biex jinbeda negozju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, l-irtirar ta’ dawk l-awtorizzazzjonijiet u l-evalwazzjoni ta’ akkwisti u ċessjonijiet ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti;
|
|
(c)
|
proċeduri relatati ma’ kooperazzjoni bejn il-BĊE, l-NCAs u l-NDAs fir-rigward tal-kompiti u l-għodod makroprudenzjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5 tar-Regolament MSU;
|
|
(d)
|
proċeduri relatati mat-twettiq ta’ kooperazzjoni mill-qrib fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 7 tar-Regolament MSU u applikabbli bejn il-BĊE, l-NCAs u l-NDAs;
|
|
(e)
|
definizzjoni tal-proċeduri relatati mal-kooperazzjoni bejn il-BĊE u l-NCAs fir-rigward tal-Artikoli 10 sa 13 tar-Regolament MSU, inkluż dwar ċerti aspetti relatati mar-rapportar superviżorju;
|
|
(f)
|
proċeduri relatati mal-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet superviżorji indirizzati lil entitajiet taħt superviżjoni u persuni oħrajn;
|
|
(g)
|
arranġamenti lingwistiċi bejn il-BĊE u l-NCAs u bejn il-BĊE u entitajiet taħt superviżjoni u persuni oħrajn;
|
|
(h)
|
proċeduri applikabbli għas-setgħat ta’ sanzjonar tal-BĊE u tal-NCAs fi ħdan l-MSU fir-rigward tal-kompiti mogħtija lil-BĊE permezz tar-Regolament MSU;
|
|
(i)
|
dispożizzjonijiet tranżitorji.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|