3. Dan ir-Regolament għandu jinqara b’mod partikolari flimkien mad-Deċiżjoni BĊE/2004/2 (3) u r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (4), b’mod partikolari fir-rigward tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-MSU, inkluża l-proċedura li tapplika bejn il-Bord Superviżorju u l-Kunsill Governattiv fir-rigward tan-nuqqas ta’ oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv kif imsemmi fl-Artikolu 26(8) tar-Regolament MSU u atti legali relevanti oħrajn tal-BĊE, inkluża d-Deċiżjoni BĊE/2014/16 (5).