2. Kull NCA li taħtar aktar minn membru tal-persunal wieħed għat-tim superviżorju konġunt għandha tinnomina wieħed minnhom bħala subkoordinatur (iktar ‘il quddiem “subkoordinatur tal-NCA”). Is-subkoordinaturi tal-NCA għandhom jassistu lill-koordinatur tat-TSK fir-rigward tal-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-kompiti fit-tim superviżorju konġunt, b’mod partikolari fir-rigward tal-membri tal-persunal li kienu maħtura mill-istess NCA bħas-subkoordinatur relevanti tal-NCA. Is-subkoordinatur tal-NCA jista’ jagħti struzzjonijiet lill-membri tat-tim superviżorju konġunt maħtura mill-istess NCA, kemm-il darba dawn ma jmorrux kontra l-istruzzjonijiet mogħtija mill-koordinatur tat-TSK.