1. Kull entità sinifikanti taħt superviżjoni li tkun tixtieq teżerċita l-libertà li tipprovdi servizzi billi tkompli twettaq l-attivitajiet tagħha fi ħdan it-territorju ta’ Stat Membru parteċipanti ieħor għall-ewwel darba għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha lill-NCA tal-Istat Membru parteċipanti fejn l-entità sinifikanti taħt superviżjoni ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha. L-informazzjoni tingħata b’mod konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. L-NCA għandha wkoll tikkomunika n-notifika lill-NCA tal-Istat Membru parteċipanti fejn is-servizzi ser jiġu pprovduti.