1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-BĊE li jirċievi direttament, jew li jkollu aċċess dirett għal informazzjoni rrapportata minn entitajiet taħt superviżjoni, fuq bażi kontinwa, l-NCAs għandhom, b’mod partikolari, jipprovdu lill-BĊE b’mod tempestiv u preċiż bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex il-BĊE jkun jista’ jwettaq il-kompiti mogħtija lilu permezz tar-Regolament MSU. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni li tirriżulta mill-attivitajiet ta’ verifika u fuq il-post tal-NCAs.