3. Meta grupp taħt superviżjoni jitqies li huwa sinifikanti jew li ma għadux sinifikanti, il-BĊE għandu jadotta deċiżjoni tal-BĊE dwar il-klassifikazzjoni bħala entità sinifikanti taħt superviżjoni, jew dwar it-tneħħija tal-klassifikazzjoni bħala entità sinifikanti taħt superviżjoni, u għandu jipprovdi d-dati tal-bidu u tat-tmiem tas-superviżjoni diretta mill-BĊE lil kull entità taħt superviżjoni li tifforma parti mill-grupp taħt superviżjoni inkwistjoni skont il-kriterji u l-proċeduri pprovduti fl-Artikolu 39.