1. Il-BĊE għandu jispeċifika f’deċiżjoni tal-BĊE d-data meta għandu jassumi superviżjoni diretta għal entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni li jkunu ġew ikklassifikati bħala entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni. Dik id-deċiżjoni tal-BĊE tista’ tkun l-istess deċiżjoni bħal dik li saret referenza għaliha fl-Artikolu 44(2). Suġġett għall-paragrafu 2, il-BĊE għandu jinnotifika dik id-deċiżjoni tal-BĊE lil kull entità taħt superviżjoni kkonċernata, ta’ mill-inqas xahar qabel id-data meta jassumi superviżjoni diretta.