1. Meta l-BĊE jiddetermina li ser tintemm is-superviżjoni diretta mill-BĊE ta’ entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni, il-BĊE għandu joħroġ deċiżjoni tal-BĊE lil kull entità taħt superviżjoni kkonċernata li tispeċifika d-data u r-raġunijiet għalfejn ser tintemm is-superviżjoni diretta. Il-BĊE għandu jadotta dik id-deċiżjoni ta’ mill-inqas xahar qabel id-data meta tkun ser tintemm is-superviżjoni diretta mill-BĊE. II-BĊE għandu jipprovdi wkoll kopja ta’ din id-deċiżjoni tal-BĊE lill-NCAs relevanti. L-Artikolu 45(5) għandu japplika kif meħtieġ.