2. Il-BĊE jista’ jagħti bidu għal evalwazzjoni ġdida bbażata fuq il-fatti jew il-kwistjonijiet il-ġodda msemmija fil-paragrafu 1 jew jekk il-BĊE isir konxju dwar xi fatti ġodda li jista’ jkollhom impatt fuq l-evalwazzjoni inizjali tal-maniġer relevanti jew kwalunkwe kwistjoni oħra li jista’ jkollha impatt fuq l-adegwatezza ta’ maniġer. Il-BĊE mbagħad għandu jiddeċiedi dwar l-azzjoni xierqa skont il-liġi relevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali u għandu jinforma lill-NCA dwar tali azzjoni mingħajr dewmien żejjed.