2. Għall-finijiet li tiġi żgurata l-konsistenza ta’ eżiti superviżorji fi ħdan l-MSU, il-BĊE jista’ joħroġ struzzjonijiet ġenerali u linji gwida u jagħmel talbiet lil NCA f’kooperazzjoni mill-qrib li permezz tagħhom hija tkun meħtieġa tadotta deċiżjoni superviżorja fir-rigward ta’ entitajiet u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti f’kooperazzjoni mill-qrib. Dawk l-istruzzjonijiet, linji gwida jew talbiet jistgħu jirreferu għal gruppi jew kategoriji ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.