1. Il-BĊE għandu jippubblika fuq il-websajt tiegħu mingħajr dewmien żejjed, u wara li d-deċiżjoni tkun ġiet innotifikata lill-entità taħt superviżjoni kkonċernata, kull deċiżjoni li timponi penali amministrattiva, kif iddefinita fl-Artikolu 120, fuq entità taħt superviżjoni fi Stat Membru parteċipanti, inkluża informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-entità taħt superviżjoni kkonċernata, ħlief jekk pubblikazzjoni b’dan il-mod:
|
(a)
|
jew tipperikola l-istabilità tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun tinsab għaddejja;
|
|
(b)
|
jew inkella tikkawża, safejn tista’ tiġi stabbilita, ħsara sproporzjonata lill-entità taħt superviżjoni kkonċernata.
|
F’dawn iċ-ċirkustanzi, deċiżjonijiet li jirrigwardaw penali amministrattivi għandhom jiġu ppubblikati fuq bażi anonima. Alternattivament, meta dawk iċ-ċirkustanzi aktarx ikunu ser jintemmu f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, il-pubblikazzjoni taħt dan il-paragrafu tista’ tiġi posposta għal dak il-perijodu ta’ żmien.