Artikolu 138
Kooperazzjoni bejn il-BĊE u l-NCAs fir-rigward tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 10 sa 13 tar-Regolament MSU
Id-dispożizzjonijiet li jinsabu f’din il-Parti għandhom japplikaw għal entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni. Għandhom japplikaw ukoll għal entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni jekk il-BĊE jiddeċiedi, skont l-Artikolu 6(5)(d) tar-Regolament MSU, li juża s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 10 sa 13 tar-Regolament MSU fir-rigward ta’ entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni. Madankollu, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-NCAs li jagħmlu superviżjoni diretta tal-entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament MSU.