1. Il-BĊE għandu jinnotifika lill-persuna ġuridika li tkun suġġetta għal spezzjoni fuq il-post bid-deċiżjoni tal-BĊE msemmija fl-Artikolu 143(2), u dwar l-identità tal-membri tat-tim ta’ spezzjoni fuq il-post, ta’ mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-ispezzjoni fuq il-post. Huwa għandu jinnotifika lill-NCA tal-Istat Membru fejn tkun ser issir l-ispezzjoni fuq il-post ta’ mill-inqas ġimgħa qabel ma jinnotifika lill-persuna ġuridika li tkun suġġetta għall-ispezzjoni fuq il-post dwar dik l-ispezzjoni.