+ANNESS III STANDARDS MINIMI LI GĦANDHOM IKUNU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI LI TIRRAPPORTA
---+1. Standards minimi għat-trażmissjoni: (a) ir-rapportar għandu jkun f'waqtu u fl-iskandenzi …
---+2. Standards minimi għall-preċiżjoni: (a) l-informazzjoni statistika għandha tkun korretta: kull …
---+3. Standards minimi għal konformità mal-kunċetti: (a) it-tagħrif statistiku għandu jikkonforma …
---+4. Standards minimi għal reviżjonijiet: Il-politika ta' reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti …

ANNESS III STANDARDS MINIMI LI GĦANDHOM IKUNU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI LI TIRRAPPORTA

ANNESS III

STANDARDS MINIMI LI GĦANDHOM IKUNU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI LI TIRRAPPORTA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Standards minimi għat-trażmissjoni: (a) ir-rapportar għandu jkun f'waqtu u fl-iskandenzi …

1.

Standards minimi għat-trażmissjoni:

(a)

ir-rapportar għandu jkun f'waqtu u fl-iskandenzi stabbiliti mill-BĊN rilevanti;

(b)

ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format mill-obbligi ta' rapportar tekniċi stabbiliti mill-BĊN relevanti;

(c)

l-aġent li jirrapporta għandu jagħti d-dettalji ta' persuna ta' kuntatt waħda jew aktar lill-BĊN relevanti;

(d)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni ta' dejta lill-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti.

(e)

fil-każ ta' rappurtar titolu b' titolu, jekk il-BĊN rilevanti jitlob dan, l-operaturi li jirrapportaw għandhom jagħtu aktar tagħrif (eż. l-isem tal-emittent, id-data tal-ħruġ) meħtieġ għall-identifikazzjoni ta' titoli li l-kodiċi ta' sikurezza għall-identifikazzjoni tagħhom ikun jew żbaljat jew mhux disponibbli pubblikament.

2. Standards minimi għall-preċiżjoni: (a) l-informazzjoni statistika għandha tkun korretta: kull …

2.

Standards minimi għall-preċiżjoni:

(a)

l-informazzjoni statistika għandha tkun korretta: kull limitazzjoni lineari għandha tiġi sodisfatta (eż. is-subtotali għandhom jammontaw għat-totali);

(b)

l-aġenti li jirrapportaw għandhom ikunu kapaċi jagħtu tagħrif dwar l-iżviluppi implikati mid-dejta mibgħuta;

(c)

it-tagħrif statistiku għandu tkun komplet u m'għandhiex ikollu lakuni kontinwi u strutturali; il-lakuni eżistenti għandhom jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊN relevanti u, fejn applikabbli, mimlija mill-aktar fis possibbli;

(d)

l-operaturi li jirrapportaw għandhom isegwu d-dimensjonijiet, il-politika tal-approssimazzjoni u d-deċimali stabbiliti mill-BĊN relevanti għat-trażmissjoni teknika tad-dejta.

3. Standards minimi għal konformità mal-kunċetti: (a) it-tagħrif statistiku għandu jikkonforma …

3.

Standards minimi għal konformità mal-kunċetti:

(a)

it-tagħrif statistiku għandu jikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament;

(b)

f'każ ta' devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet, l-operaturi li jirrapportaw għandhom jimmonitorjaw fuq bażi regolari u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f'dan ir-Regolament;

(c)

l-operaturi li jirrapportaw għandhom ikunu jistgħu jispjegaw interruzzjonijiet fid-dejta mibgħuta meta mqabbla maċ-ċifri tal-perijodi preċedenti.

4. Standards minimi għal reviżjonijiet: Il-politika ta' reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti …

4.

Standards minimi għal reviżjonijiet:

Il-politika ta' reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊN relevanti għandhom jiġu segwiti. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari jridu jkunu akkumpanjati b'nota spjegattiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.12.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1374
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.