ANNESS II
Valutazzjoni tal-kost-effettività ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju
Il-kost-effettività tar-restrizzjonijiet operattivi previsti relatati mal-istorbju ser tiġi vvalutati b’kont debitu tal-elementi li ġejjin, sa fejn hu possibbli, f’termini kwantifikabbli:
|
(1)
|
il-benefiċċju antiċipat marbut mal-istorbju tal-miżuri previsti, issa u fil-futur;
|
|
(2)
|
is-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-avjazzjoni, inkluż ir-riskji għal partijiet terzi;
|
|
(3)
|
il-kapaċità tal-ajruport;
|
|
(4)
|
kwalunkwe effett fuq in-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni.
|
Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu kont debitu tal-fatturi li ġejjin:
|
(1)
|
is-saħħa u s-sikurezza tar-residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruport;
|
|
(2)
|
is-sostenibbiltà ambjentali, inkluż interdipendenzi bejn l-istorbju u l-emissjonijiet;
|
|
(3)
|
kwalunkwe effett dirett, indirett jew katalittiku fuq l-impjiegi u ekonomiċi.
|