+Artikolu 4a

Artikolu 4a

Artikolu 4a

Minflok il-preżentazzjoni ta’ l-oġġetti tal-karta ta’ bilanċ skond l-Artikolu 4, l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jiħtieġu istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew ċertu klassijiet ta’ istitutzzjoni ta’ kreditu, biex jippreżentaw dawk l-oġġetti klassifikati mix-xejra tagħhom u skond l-istralċ relattiv tagħhom sakemm l-informazzjoni mogħtija hija ta’ l-anqas ekwivalenti għal dak meħtieġ mod ieħor fl-Artikolu 4.

▼B

L-Artikolu 5

Dan li ġej għandu jkun jintwera separatament bħala sub-punti tal-punti inkwistjoni:

— pretensjonijiet, kemm jekk ippruvati b’ċertifikati u kemm jekk le, dwar intrapriżi affiljati u inklużi fil-punti 2 sa 5 ta’ l-Attiv,

— pretensjonijiet, kemm jekk ippruvati b’ċertifikati u kemm jekk le, dwar intrapriżi li magħhom istituzzjoni ta’ kreditu tkun marbuta permezz ta’ interess parteċipanti u inklużi fil-punti 2 sa 5 ta’ l-Attiv,

— passiv, kemm jekk ippruvati b’ċertifikati u kemm jekk le, lil intrapriżi affiljati u inklużi fil-punti 1, 2, 3 u 8 tal-Passiv.

— passiv, kemm jekk ippruvati b’ċertifikati u kemm jekk le, lil intrapriżi li magħhom istituzzjoni ta’ kreditu tkun marbuta permezz ta’ interess parteċipanti u inklużi fil-punti 1, 2, 3 u 8 tal-Passiv.

L-Artikolu 6

1.  Attiv subordinati għandhom jintwerew separatament bħala subpunti tal-punti tal-format u s-subpunti maħluqa skond l-Artikolu 5.

2.  Attiv, kemm jekk ippruvati b’ċertifikati u kemm jekk le, huma subordinati jekk, fil-każ ta’ xoljiment jew ta’ falliment, għandhom jiħallsu lura biss wara li jkunu ġew sodisfatti l-pretensjonijiet ta’ kredituri oħrajn.

L-Artikolu 7

L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-iżvelar ta’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 u 6, mqassma kif dovut fil-punti varji relevanti, fin-noti dwar il-kontijiet.

L-Artikolu 8

1.  L-attiv għandu jintwera taħt l-intestaturi relevanti tal-BalanceSheet anki meta l-istituzzjoni ta’ kreditu li tħejji l-BalanceSheet tkun għamlet pleġġ bihom bħala titoli għall-passiv tagħha proprju jew għal dak ta’ partijiet terzi jew tkun b’mod ieħor assenjatu bħala sigurtà għal partijiet terzi.

2.  Istituzzjoni ta’ kreditu m’għandhiex tinkludi fil-BalanceSheet tagħha dak l-attiv mqiegħed bi pleġġ jew assenjati b’mod ieħor lilha bħala sigurtà sakemm dan l-attiv ma jkunx fil-forma ta’ flus f’idejn dik l-istituzzjoni ta’ kreditu.

L-Artikolu 9

1.  Meta jkun ingħata self minn sindikat li jikkonsisti f’numru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kull istituzzjoni ta’ kreditu li tipparteċipa fis-sindakat għandha tiżvela biss dik il-parti tas-self totali li hi nnifisha tkun ipprovdiet.

2.  Jekk fil-każ ta’ self sindikat kif deskritt fil-paragrafu 1 l-ammont ta’ fondi garantiti minn istituzzjoni ta’ kreditu jeċċedi l-ammont li hi tkun għamlet disponibbli, kull porzjon addizzjonali ta’ garanzija għandu jintwera bħala passiv kontinġenti (fil-punt barra l-BalanceSheet 1, it-tieni inċiż).

L-Artikolu 10

1.  Fondi li istituzzjoni ta’ kreditu tamministra f’isimha imma daparti ta’ partijiet terzi għandhom jintwerew fil-BalanceSheet jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu takkwista titolu legali għall-attiv ikkonċernati. L-ammont totali ta’ dawn l-attiv u l-passiv għandu jintwera separatament jew fin-noti dwar il-kontijiet, imqassma skond il-punti varji ta’ l-Attiv u l-Passiv. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-iżvelar ta’ dawn il-fondi barra mill-BalanceSheet sakemm ikun hemm regoli speċjali li bihom dawk il-fondi jistgħu jiġu esklużi mill-attiv disponibbli għal distribuzzjoni fil-każ tax-xoljiment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu (jew proċeduri simili).

2.  Attiv akwistat f’isem jew daparti ta’ partijiet terzi m’għandhomx jidhru fil-BalanceSheet.

L-Artikolu 11

Dawk l-ammonti biss li jistgħu fi kwalunkwe żmien jiġu rtirati mingħajr notifika jew li għalihom ġie miftiehem maturità jew perjodu ta’ notifika ta’ 24 siegħa jew ta’ jum utli wieħed għandhom jitqiesu bħala ripagabbli fuq talba.

L-Artikolu 12

1.  Transazzjonijiet ta’ bejgħ u xiri mill-ġdid għandhom ifissru transazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment minn istituzzjoni ta’ kreditu jew minn klijent ( “dak li jittrasferixxi” ) lil istituzzjoni ta’ kreditu oħra jew lil klijent ieħor ( “dak li jirċievi t-trasferiment” ) ta’ attiv, per eżempju, kambjali, djun u titoli trasferibbli, suġġetti għal ftehim li dawk l-istess attiv jiġu sussegwentement trasferiti lura lejn dak li jittrasferixxi bi prezz speċifikat.

2.  Jekk dak li jirċievi t-trasferiment jintrabat li jagħti lura l-attiv f’data speċifikata jew li għandha tiġi speċifikata minn dak li jittrasferixxi, it-transazzjoni f’dak il-każ għandha titiqes bħala transazzjoni ġenwina ta’ bejgħ u xiri mill-ġdid.

3.  Jekk, madanakollu, dak li jirċievi t-trasferiment ikun sempliċiment intitolat li jagħti lura l-attiv bil-prezz tax-xiri jew għal ammont differenti li jkun miftiehem bil-quddiem f’data speċifikata jew li għandha tiġi speċifikata, t-transazzjoni inkwistjoni għandha titqies bħala bejgħ bl-għażla għal xiri mill-ġdid.

4.  Fil-kaz ta’ transazzjonijiet ta’ bejgħ u xiri mill-ġdid imsemmija fil-paragrafu 2, l-attiv trasferiti għandhom jibqgħu jidhru fil-BalanceSheet ta’ min jittrasferixxi; il-prezz tax-xiri li jkun irċieva dak li jittrasferixxi għandu jintwera bħala ammont dovut lil dak li jirċievi t-trasferiment. Minbarra dan, il-valur ta’ l-Attiv ittrasferit għandu jiġi żvelat f’nota fil-kontijiet ta’ min jittrasferixxi. Dak li jirċievi t-trasferiment m’għandux ikun intitolat li juri l-attiv trasferit fil-BalanceSheet tiegħu; il-prezz tax-xiri mħallas minn dak li jirċievi t-trasferiment għandu jintwera bħala ammont dovut minn dak li jittrasferixxi.

5.  Fil-każ ta’ transazzjonijiet ta’ bejgħ u xiri mill-ġdid imsemmija fil-paragrafu 3, madanakollu, dak li jittrasferixxi m’għandux ikun intitolat li juri fil-BalanceSheet tiegħu l-attiv trasferit; dawk il-punti għandhom jidhru bħala attiv fil-BalanceSheet ta’ min jirċievi t-trasferiment. Dak li jittrasferixxi għandu jagħmel skrizzjoni taħt il-punt 2 barra l-BalanceSheet, ta’ ammont ugwali għall-prezz miftiehem fil-każ ta’ xiri mill-ġdid.

6.  L-ebda transazzjoni ta’ skambju bil-quddiem, għażliet, transazzjonijiet li jinvolvu l-ħruġ ta’ titoli ta’ djun b’rabta ta’ xiri mill-ġdid tal-ħruġ kollu jew parti minnu qabel il-maturità ta’ xi transazzjonijiet simili m’għandhom jitqiesu bħala transazzjonijiet ta’ bejgħ u xiri mill-ġdid fis-sens ta’ dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.09.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:31986L0635
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.