+ANNESS I
---+1. L-objettiv ġenerali tal-programm Kozloduy huwa li jassisti lill-Bulgarija fil-ġestjoni …
---+2. L-objettiv ġenerali tal-programm Kozloduy huwa kumplementat bil-għan li jissaħħaħ il-valur …
---+3. Ir-rimi tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond u t-tħejjija tagħhom …

ANNESS I

ANNESS I

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. L-objettiv ġenerali tal-programm Kozloduy huwa li jassisti lill-Bulgarija fil-ġestjoni …

1.

L-objettiv ġenerali tal-programm Kozloduy huwa li jassisti lill-Bulgarija fil-ġestjoni tal-isfidi fir-rigwad tas-sikurezza tad-dekummissjonar tal-unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Kozloduy. L-isfidi tas-sikurezza l-kbar li għandhom jiġu indirizzati mill-programm Kozloduy huma:

(a)

iż-żarmar u d-dekontaminazzjoni tal-bini u l-komponenti tar-reatturi f’konformità mal-pjanijiet ta’ dekummissjonar. Il-Progress magħmul fir-rigward ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel skont il-kwantità u t-tip ta’ materjali mneħħija kif ukoll il-valur gwadanjat;

(b)

il-ġestjoni sikura tad-dekummissjonar u tal-iskart radjuattiv skont il-ħtiġijiet identifikati fil-pjan ta’ dekummissjonar rispettiv u ta’ materjali attivati u materjali taż-żarmar inkluż id-dekontaminazzjoni tagħhom sal-ħżin temporanju jew sar-rimi (skont il-kategorija tal-iskart), kif ukoll it-tlestija tal-infrastruttura tal-ġestjoni tal-iskart u tal-materjal fejn meħtieġ. Dan l-objettiv għandu jinkiseb f’konformità mal-pjan ta’ dekummissjonar u soġġett għall-ġestjoni neċessarja tal-iskart radjuattiv. Il-progress magħmul fir-rigward ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel skont il-kwantità u t-tip ta’ materjal rilaxxat mill-kontroll regolatorju u l-iskart maħżun jew mormi b’mod sikur kif ukoll il-valur gwadanjat; u

(c)

it-tnaqqis kontinwu tar-riskji radjoloġiċi. Il-Progress magħmul fir-rigward ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel permezz tal-valutazzjonijiet ta’ sikurezza tal-attivitajiet u tal-faċilità, li jidentifikaw modi li bihom jistgħu jseħħu esponimenti potenzjali u li jistmaw il-probabbiltajiet u d-daqs ta’ esponimenti potenzjali. Fil-programm Kozloduy, ir-rilaxx tal-faċilitajiet mill-kontroll regolatorju sa livelli ta’ rilaxx ħieles regolatorju korrispondenti għandu jseħħ sa tmien l-2030.

2. L-objettiv ġenerali tal-programm Kozloduy huwa kumplementat bil-għan li jissaħħaħ il-valur …

2.

L-objettiv ġenerali tal-programm Kozloduy huwa kumplementat bil-għan li jissaħħaħ il-valur miżjud tal-UE ta’ dak il-programm permezz tal-kontribut għad-disseminazzjoni tal-għarfien dwar il-proċess ta’ dekummissjonar (u b’hekk iġġenerat) lill-Istati Membri kollha. Fil-perijodu ta’ finanzjament li jibda mill-2021, il-programm Kozloduy għandu jikseb dan li ġej:

(a)

jiżviluppa rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni (eż. Stati Membri, awtoritajiet tas-sikurezza, u servizzi pubbliċi u operaturi tad-dekummissjonar);

(b)

jiddokumenta l-għarfien espliċitu u jagħmlu disponibbli permezz ta’ trasferimenti multilaterali ta’ għarfien dwar kwistjonijiet ta’ governanza tad-dekummissjonar u tal-ġestjoni tal-iskart, l-aħjar prattiki maniġerjali, u l-isfidi teknoloġiċi u l-proċessi ta’ dekummissjonar kemm fil-livell operazzjonali kif ukoll dak organizzazzjonali, bil-ħsieb li jiġu żviluppati sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.

Dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu ffinanzjati mill-Unjoni bir-rata ta’ 100 %.

Il-progress magħmul fir-rigward ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel skont l-għadd ta’ prodotti ta’ għarfien maħluqa u l-vastita tagħhom.

3. Ir-rimi tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond u t-tħejjija tagħhom …

3.

Ir-rimi tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond u t-tħejjija tagħhom huwa eskluż mill-pakkett finanzjarju msemmija fl-Artikolu 4(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.02.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0100
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.