3. Is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti għal servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-awtoritajiet responsabbli għaċ-ċibersigurtà u awtoritajiet settorjali rilevanti oħra. F’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, dawk l-awtoritajiet għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni b’saħħitha u jiskambjaw l-informazzjoni kif ikun meħtieġ għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data, u għandhom jimmiraw sabiex tinkiseb konsistenza fid-deċiżjonijiet meħuda fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.