6. L-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandhom jinnotifikaw lill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data bil-miżuri imposti skont il-paragrafi 4 u 5 u r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati, kif ukoll il-passi meħtieġa li għandhom jittieħdu biex jiġu kkoreġuti n-nuqqasijiet rilevanti mingħajr dewmien, u għandhom jistipulaw perijodu raġonevoli, li ma għandux ikun itwal minn 30 jum, biex il-fornitur għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jikkonforma ma’ dawk il-miżuri.