+Artikolu 24 Monitoraġġ tal-konformità
---+Artikolu 24 1
---+Artikolu 24 2
---+Artikolu 24 3
---+Artikolu 24 4
---+Artikolu 24 5
---+Artikolu 24 6
|
Artikolu 24 Monitoraġġ tal-konformità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1
|
1. L-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità tal- organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data mar-rekwiżiti stipulati f’dan il-Kapitolu. L-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data tista’ wkoll timmonitorja u tissorvelja l-konformità ta’ tali organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, abbażi ta’ talba minn persuni fiżika jew ġuridika.
|
|
Artikolu 24 2
|
2. L-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu informazzjoni minn ‘ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data li tkun meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu. Kwalunkwe talba għal informazzjoni għandha tkun proporzjonata għat-twettiq tal-kompitu u għandha tkun motivata.
|
|
Artikolu 24 3
|
3. Fejn l-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ssib li organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ma tikkonformax ma’ wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu, hija għandha tinnotifika lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data b’dawk is-sejbiet u tagħtiha l-opportunità li tiddikjara l-fehmiet tagħha, fi żmien 30 jum minn meta tkun irċeviet in-notifika.
|
|
Artikolu 24 4
|
4. L-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandu jkollha s-setgħa li titlob il-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 3 immedjatament jew f’limitu ta’ żmien raġonevoli u għandha tieħu miżuri xierqa u proporzjonati bil-għan li tiżgura l-konformità.
|
|
Artikolu 24 5
|
5. Jekk organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ma tikkonformax ma’ wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu anke wara li tkun ġiet notifikata f’konformità mal-paragrafu 3 mill-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, dik l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandha:
|
(a)
|
titlef id-dritt tagħha li tuża t-tikketta “organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data fl-Unjoni” fi kwalunkwe komunikazzjoni miktuba u mitkellma;
|
|
(b)
|
titneħħa mir-reġistru pubbliku nazzjonali rilevanti tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, u mir-reġistru pubbliku tal-Unjoni tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data.
|
Kwalunkwe deċiżjoni li tirrevoka d-dritt li tintuża t-tikketta “organizzazzjoni tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data rikonoxxuta fl-Unjoni” skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha ssir pubblika mill-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data
|
|
Artikolu 24 6
|
6. Jekk organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data jkollha l-istabbiliment ewlieni jew ir-rappreżentant legali tagħha fi Stat Membru iżda tkun attiva fi Stati Membri oħra, l-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data tal-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni jew fejn jinsab ir-rappreżentant legali u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ta’ dawk l-Istati Membri l-oħra għandhom jikkooperaw u jassistu lil xulxin. Tali assistenza u kooperazzjoni jistgħu jkopru skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data kkonċernati għall-finijiet tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u talbiet motivati biex jittieħdu l-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu.
Meta awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data fi Stat Membru wieħed titlob assistenza minn awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data fi Stat Membru ieħor, hija għandha tippreżenta talba motivata. L-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, malli tirċievi tali talba, għandha tipprovdi tweġiba mingħajr dewmien u f’perijodu ta’ żmien proporzjonat mal-urġenza tat-talba.
Kwalunkwe informazzjoni skambjata fil-kuntest tal-assistenza mitluba u mogħtija skont dan il-paragrafu għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni li għaliha tkun intalbet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0868
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|