1. Minkejja kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika affettwata għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fir-rigward ta’ deċiżjonijiet legalment vinkolanti msemmija fl-Artikolu 14 meħuda mill-awtoritajiet kompetenti għal servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data fil-ġestjoni, il-kontroll u l-infurzar tar-reġim ta’ notifika għal fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u deċiżjonijiet legalment vinkolanti msemmija fl-Artikoli 19 u 24 meħuda mill-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ altruwiżmu fir-rigward tad-data għal servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data fil-monitoraġġ ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data.