+Artikolu 34 Pieni
---+Artikolu 34 1
---+Artikolu 34 2
|
Artikolu 34 Pieni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tal-obbligi rigward it-trasferimenti ta’ data mhux personali lil pajjiżi terzi skont l-Artikolu 5(14) u l-Artikolu 31, l-obbligu ta’ notifika tal-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data li jinnotifikaw skont l-Artikolu 11, il-kondizzjonijiet biex jiġu pprovduti servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data skont l-Artikolu 12, u l-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni bħala organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data skont l-Artikoli 18, 20, 21 u 21 u għadhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Fir-regoli tagħhom dwar il-pieni, l-Istati Membri għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data. Sal-24 ta’ Settembru 2023, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dwar dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
|
|
Artikolu 34 2
|
2. L-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin għall-impożizzjoni ta’ pieni fuq fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għal ksur ta’ dan ir-Regolament, fejn xieraq:
|
(a)
|
in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
|
|
(b)
|
kwalunkwe azzjoni meħuda mill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data biex jiġi mmitigat jew rimedjat id-dannu kkawżat mill-ksur;
|
|
(c)
|
kwalunkwe ksur preċedenti mill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data;
|
|
(d)
|
il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew it-telf evitat mill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data minħabba l-ksur, sa fejn tali benefiċċji jew telf ikun jista’ jiġi stabbilit b’mod affidabbli;
|
|
(e)
|
kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0868
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|