+2. għall-NO 2 : (a) meta 10 snin qabel l-AEI kien < 20,0 μg/m 3 : 15 % iktar baxx milli kien l-AEI …

2. għall-NO 2 : (a) meta 10 snin qabel l-AEI kien < 20,0 μg/m 3 : 15 % iktar baxx milli kien l-AEI …

2.

għall-NO2:

(a)

meta 10 snin qabel l-AEI kien < 20,0 μg/m3: 15 % iktar baxx milli kien l-AEI 10 snin qabel jew 15,0 μg/m3, skont liema jkun l-inqas, dment li l-AEI ma jkunx diġà daqs jew iktar baxx mill-għan tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju għall-NO2 stabbilit fil-Punt C;

(b)

meta 10 snin qabel l-AEI kien ≥ 20,0 μg/m3: 25 % iktar baxxa milli kien l-AEI 10 snin qabel.

Meta jikkalkulaw il-livelli għas-snin 2030, 2031 u 2032, l-Istati Membri jistgħu jeskludu s-sena 2020 mill-kalkolu tal-AEI għas-sena bażi.

C.   Għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju

L-għan tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju għandu jkun il-livell ta’ AEI li ġej.

Sustanza niġġiesa

Għan tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju

PM2,5

AEI = 5 μg/m3

NO2

AEI = 10 μg/m3


(1)  Il-konċentrazzjoni medja massima ta’ kuljum fuq 8 sigħat għandha tintgħażel billi jiġu eżaminati l-medji kontinwi matul it-8 sigħat, ikkalkolati minn data ta’ kull siegħa u aġġornati kull siegħa. Kull medja ta’ 8 sigħat ikkalkulata b’dan il-mod għandha tkun assenjata lil dik il-ġurnata li fiha tispiċċa, jiġifieri l-ewwel perjodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe ġurnata għandu jkun il-perjodu bejn il-17:00 tal-ġurnata ta’ qabel u s-01:00 ta’ dik il-ġurnata; l-aħħar perjodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe ġurnata għandu jkun il-perjodu mill-16:00 sa 24:00 ta’ dik il-ġurnata.

(2)  Il-konċentrazzjoni medja massima ta’ kuljum fuq 8 sigħat għandha tintgħażel billi jiġu eżaminati l-medji kontinwi matul it-8 sigħat, ikkalkolati minn data ta’ kull siegħa u aġġornati kull siegħa. Kull medja ta’ 8 sigħat ikkalkulata b’dan il-mod għandha tkun assenjata lil dik il-ġurnata li fiha tispiċċa, jiġifieri l-ewwel perjodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe ġurnata għandu jkun il-perjodu bejn il-17:00 tal-ġurnata ta’ qabel u s-1:00 ta’ dik il-ġurnata; l-aħħar perjodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe ġurnata għandu jkun il-perjodu mill-16:00 sa 24:00 ta’ dik il-ġurnata.

(3)  Il-konċentrazzjoni medja massima ta’ kuljum fuq 8 sigħat għandha tintgħażel billi jiġu eżaminati l-medji kontinwi matul it-8 sigħat, ikkalkolati minn data ta’ kull siegħa u aġġornati kull siegħa. Kull medja ta’ 8 sigħat ikkalkulata b’dan il-mod għandha tkun assenjata lil dik il-ġurnata li fiha tispiċċa, jiġifieri l-ewwel perjodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe ġurnata għandu jkun il-perjodu bejn il-17:00 tal-ġurnata ta’ qabel u s-1:00 ta’ dik il-ġurnata; l-aħħar perjodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe ġurnata għandu jkun il-perjodu mill-16:00 sa 24:00 f’dik il-ġurnata.

(4)  Jekk il-medji fuq tlieta jew ħames snin ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati abbażi ta’ sett sħiħ u konsekuttiv ta’ data annwali, id-data annwali minima meħtieġa għall-verifika tal-konformità mal-valuri fil-mira għall-ożonu għandha tkun kif ġej:

—

fir-rigward tal-valur fil-mira għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem: data valida għal sena,

—

fir-rigward tal-valur fil-mira għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni: data valida għal tliet snin.

(5)  Sal-1 ta’ Jannar 2030, 120 μg/m3 ma għandux jinqabeż f’iktar minn 25 jum f’sena kalendarja fuq medja ta’ tliet snin.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.