+ANNESS III Rekwiżiti ġenerali għat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero

ANNESS III Rekwiżiti ġenerali għat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero

ANNESS III

Rekwiżiti ġenerali għat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero

It-tabella mhux eżawrjenti li ġejja tidentifika t-tipi ta’ teknoloġiji kif ukoll ir-rekwiżiti ġenerali għat-tħaddim tagħhom li għandhom jitqiesu bħala teknoloġiji b’emissjonijiet żero skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (7).

Tipi ta’ teknoloġija

Rekwiżiti ġenerali għat-tħaddim

Ċelloli tal-karburant

Enerġija fornuta minn ċelloli tal-karburant abbord b’ karburant jew b’sistema li jiżguraw li, meta jintużaw biex jipprovdu l-enerġija, ma jirrilaxxawx fl-atmosfera ebda emissjoni msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (7)

Ħżin tal-enerġija elettrika abbord

Enerġija fornuta minn sistemi ta’ ħżin tal-enerġija elettrika abbord iċċarġjati minn qabel permezz ta’:

—

ġenerazzjoni tal-enerġija abbord fuq il-baħar

—

iċċarġjar tal-batteriji mix-xatt

—

tpartit ta’ batteriji

Ġenerazzjoni tal-enerġija abbord mill-enerġija mir-riħ u mix-xemx

Enerġija fornuta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli abbord, li jew ifornu direttament lill-grilja tal-bastiment inkella permezz ta’ ċċarġjar ta’ ħżin intermedju tal-enerġija elettrika abbord

L-enerġija fornuta minn teknoloġiji abbord mhux identifikati f’din it-tabella li jiksbu emissjonijiet żero, skont l-Artikolu 3, il-punt (7), tista’ tiżdied ma’ din it-tabella permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 6(6).

L-issodisfar tar-rekwiżiti ġenerali indikati hawn fuq u fl-Artikolu 6(6) għal teknoloġiji oħra kif ukoll tal-kriterji dettaljati għall-aċċettazzjoni speċifikati fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(7), għandu jintwera permezz ta’ dokumentazzjoni rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.