+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jindirizzaw l-użu ħażin ta’ servizzi ta’ hosting għad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online lill-pubbliku, b’mod partikolari dwar:

(a)

obbligi ta’ diliġenza raġonevoli u proporzjonati li għandhom jiġu applikati minn fornituri ta’ servizzi ta’ hosting bil-għan li jindirizzaw id-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku lill-pubbliku permezz tas-servizzi tagħhom u jiżguraw, fejn meħtieġ, it-tneħħija ta’, jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għal, tali kontenut mingħajr dewmien;

(b)

il-miżuri li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u soġġetti għal salvagwardji adatti għad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni f’soċjetà miftuħa u demokratika, biex:

(i)

jidentifikaw u jiżguraw it-tneħħija mingħajr dewmien ta’ kontenut terroristiku minn fornituri ta’ servizzi ta’ hosting; u

(ii)

jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri oħra, fornituri ta’ servizzi ta’ hosting u, fejn xieraq, il-Europol.

Artikolu 1 2

2.   Dan ir-Regolament japplika għal fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li joffru servizzi fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment prinċipali tagħhom, sa fejn huma jiddisseminaw informazzjoni lill-pubbliku.

Artikolu 1 3

3.   Il-materjal disseminat lill-pubbliku għal finijiet edukattivi, ġurnalistiċi, artistiċi jew ta’ riċerka jew għal finijiet tal-prevenzjoni jew tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż il-materjal li jirrappreżenta espressjoni ta’ fehmiet polemiċi jew kontroversjali matul dibattitu pubbliku, ma għandux jitqies bħala kontenut terroristiku. Għandha ssir valutazzjoni li tiddetermina l-fini veru ta’ dik id-disseminazzjoni u jekk il-materjal huwiex disseminat lill-pubbliku għal dawk il-finijiet.

Artikolu 1 4

4.   Dan ir-Regolament ma għandux ikollu l-effett li jimmodifika l-obbligu tar-rispett għad-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 6 TUE u għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipji fundamentali relattivi għal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni, inklużi l-libertà u l-pluraliżmu tal-media.

Artikolu 1 5

5.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2000/31/KE u 2010/13/UE. Għas-servizzi tal-media awdjoviżiva kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13/UE, għandha tipprevali d-Direttiva 2010/13/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0784
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.