+Preamble: 1

Preamble: 1

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat jeħtieġ il-koordinazzjoni sal-limiti neċessarji tas-salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji u ditti fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, bl-iskop li dawn is-salvagwardji jsiru ekwivalenti fil-Komunità kollha;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3)(g) tat-Trattat, dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji ( 4 ), bid-Direttiva 90/605/KEE ( 5 ), m’hemmx bżonn li tiġi applikata għal kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni, hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala “intrapriżi ta’ assigurazzjoni”, fl-istennija ta’ iktar koordinazzjoni; billi, invista ta’ l-importanza maġġuri ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fil-Komunità, din il-koordinazzjoni ma tistax tiġi ttardjata iktar wara l-implimentazzjoni tad-Direttiva 78/660/KEE;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983, ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat, dwar kontijiet konsolidati ( 6 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/605/KEE, tipprovdi għal derogi għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni biss sa l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien impost għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi din id-Direttiva għandha għalhekk ukoll tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fir-rigward ta’ kontijiet konsolidati;

Billi din il-koordinazzjoni hija wkoll meħtieġa b’urġenza minħabba li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni joperaw fil-fruntieri; billi għal kredituri, debituri, membri, titolari tal-poloz u l-konsulenti tagħhom għall-pubbliku inġenerali, paragunabbiltà mtejba tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-intrapriżi hija ta’ importanza kruċjali;

Billi fl-Istati Membri intrapriżi ta’ assigurazzjoni ta’ forom ġuridiċi differenti jikkompetu ma’ xulxin; billi intrapriżi nvoluti fin-negozju ta’ assigurazzjoni diretta normalment huma involuti fin-negozju ta’ riassigurazzjoni wkoll u għalhekk huma f’kompetizzjoni ma intrapriżi speċjalizzati ta’ riassigurazzjoni; billi huwa għalhekk xieraq li din il-koordinazzjoni ma tkunx limitata għal forom ġuridiċi koperti bid-Direttiva 78/660/KEE, imma li jintgħażel kamp ta’ applikazzjoni li jikkorrespondi għal dak tad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja ( 7 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/618/KEE ( 8 ), u għal dik tad-Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE tal-5 ta’ Marzu 1979 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u l -insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta tal-ħajja ( 9 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/619/KEE ( 10 ), imma li tinkludi wkoll ċerti intrapriżi li huma esklużi mill-iskop ta’ dawk id-Direttivi u kumpanniji u ditti li huma intrapriżi ta’ riassigurazzjoni;

Billi, għalkemm, invista tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni, kient jidher xieraq li tiġi proposta Direttiva separata dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-intrapriżi, dan ma jeħtieġx neċessarjament l-istabbiliment ta’ sett ta’ standards differenti minn dawk tad-Direttiva 78/660/KEE u 83/349/KEE; billi dawn l-istandards separati ma kienu la jkunu approprjati u lanqas konsistenti mal-prinċipji li jinfurzaw il-koordinazzjoni tal-liġi tal-kumpannija ladarba, mogħtija l-pożizzjoni importanti li huma jokkupaw fl-ekonomija Komunitarja, intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni ma jistgħux ikunu esklużi minn qafas ta’ regoli maħsub għal intrapriżi inġenerali; billi, għal din ir-raġuni, ittieħed biss kont tal-karatteristiċi partikolari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u din id-Direttiva titratta biss derogi mir-regoli stabbiliti fid-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE;

Billi hemm differenzi kbar fl-istruttura u l-kontenut tal-balance sheets ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni fi Stati Membri differenti; billi din id-Direttiva għandha għalhekk tistabbilixxi l-istess struttura u l-istess deskrizzjonijiet tal-punti għall-balance sheets ta’ l-intrapriżi ta’ assigurazzjoni Komunitarji kollha;

Billi, jekk il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati għandhom ikunu paragunabbli, numru ta’ mistoqsijiet bażiċi li jirrigwardaw l-iżvelar ta’ ċerti operazzjonijiet fil-balance sheet għandhom jiġu deċiżi;

Billi, fl-interessi ta’ paragunabbiltà akbar, huwa wkoll neċessarju li l-kontenut tal-punti varji tal-balance sheets jiġi ddeterminat b’mod preċiż;

Billi jista’ jkun utli li jkun hemm distinzjoni bejn l-impenni ta’ l-assiguratur u dawk tar-riassiguratur billi jintwera fl-assi s-sehem tad-dispożizzjonijiet tekniċi tar-riassiguratur bħala ass;

Billi l-istruttura tal-kont ta’ qligħ u telf għandha wkoll tiġi determinata u ċerti punti fiha għandhom jiġu definiti;

Billi, meqjusa in-natura speċifika ta’ l-industrija ta’ assigurazzjoni, jista’ jkun utili għal qligħ u telf mhux realizzat li jiġu trattati fil-kont tal-qligħ u t-telf;

Billi l-paragunabbiltà ta’ figuri fil-balance sheet u l-kont ta’ qligħ u telf tiddependi wkoll bażikament fuq il-valuri li bihom l-assi u r-responsabbiltajiet jintwerew fil-balance sheet; billi għal fehma tajba tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ intrapriża ta’ assigurazzjoni, il-valur kurrenti ta’ investimenti kif ukoll il-valur tagħhom ibbażat fuq il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew ta’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni m’għandhomx jiġu żvelati; billi, madanakollu, l-iżvelar obbligatorju tal-valur kurrenti ta’ investimenti, mill-anqas fin-noti fil-kontijiet, huwa preskritt biss għal skopijiet ta’ paragunabbiltà u trasparenza u mhuwiex intiż li jwassal għal bidliet fit-trattament tat-taxxa ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni;

Billi fil-kalkolu ta’ dispożizzjonijiet ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, jistgħu jiġu użati metodi attwarjali normalment applikati fis-suq jew aċċettati mill-awtoritajiet li jagħmlu monitoraġġ fuq l-assigurazzjoni; billi dawk il-metodi jistgħu jiġu implimentati minn kull attwarju jew espert skond il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti bil-liġi nazzjonali u billi jittieħed kont tal-prinċipji attwarjali rikonoxxuti fil-qafas tal-koordinazzjoni preżenti u ġejjiena tar-regoli fondamentali għall-monitoraġġ prudenzjali u finanzjarju tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta tal-ħajja;

Billi, fil-kalkolu tad-dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti, min-naħa waħda, kull skont jew tnaqqis impliċitu għandu jiġi pprojbit, u, min-naħa l-oħra, kondizzjonijiet preċiżi għal rikors għal skont jew tnaqqis espliċitu għandu jiġi definit, għall-iskop ta’ prudenza u trasparenza;

Billi, invista tan-natura speċjali ta’ intrapriżi ta’ kreditu, ċerti bidliet huma neċessarji fir-rigward tan-noti dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati;

Billi, inlinja ma’ l-intenzjoni li jkunu koperti l-intrapriżi kollha ta’ l-assigurazzjoni li jidħlu fl-iskop tad-Direttivi 73/239/KEE u 79/267/KEE kif ukoll ċerti oħrajn, derogi bħal dawk għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni żgħar u ta’ daqs medju fid-Direttiva 78/660/KEE m’hemmx provvediment għalihom, imma ċerti assoċjazzjonijiet żgħar eċiproċi li huma esklużi mill-iskop tad-Direttivi 73/239/KEE u 79/267/KEE m’għandhomx ikunu koperti;

Billi għall-istess raġunijiet il-qasam ta’ applikazzjoni permess lill-Stati Membri skond id-Direttiva 83/349/KEE li jiġu eżentati intrapriżi prinċipali ta’ gruppi minn konsolidazzjoni obbligatorja jekk l-intrapriżi li għandhom jiġu kkonsolidati flimkien ma jeċċedux ċertu daqs ma ġiex estiż għal intrapriżi ta’ assigurazzjoni;

Billi invista tan-natura partikolari huma meħtieġa dispożizzjonijiet sepċjali għall-assoċjazzjoni ta’ assiguraturi magħrufa bħala Lloyd’s;

Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw ukoll għal kontijiet konsolidati mfassla minn intrapriża prinċipali li tkun kumpannija ta’ proprjetà finanzjarja meta l-intrapriżi sussidjarji jkunu jew esklussivament jew prinċipalment intrapriżi ta’ assigurazzjoni;

Billi l-kontroll ta’ problemi li joriġinaw inkonnessjoni ma’ din id-Direttiva, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tagħha, jeħtieġ kooperazzjoni mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni f’kumitat ta’ kuntatt; billi, sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ dawn il-kumitati, huwa mixtieq li din il-kooperazzjoni sseħħ fil-kumitat previst fl-Artikolu 52 tad-Direttiva 78/660/KEE; billi, madanakollu, meta jiġu kkontrollati problemi li jikkonċernaw intrapriżi ta’ assigurazzjoni, il-kumitat għandhu jiġi kkostitwit kif approprjat;

Billi, invista tal-komplessità tal-materja, intrapriżi ta’ assigurazzjoni koperti b’din id-Direttiva għandhom jitħallew perjodu xieraq sabiex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tagħha; billi dak il-perjodu għandu jiġi estiż biex jiġu permessi l-aġġustamenti neċessarji li għandhom isiru li jikkonċernaw, min-naħa waħda, l-assoċjazzjoni ta’ assiguraturi magħrufa bħala Lloyd’s u, min-naħa l-oħra, dawk l-intrapriżi li, meta din id-Direttiva ssir applikabbli, juru l-investimenti tagħhom bil-prezz storiku;

Billi għandha ssir dispożizzjoni għar-reviżjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva wara ħames snin esperjenza ta’ l-applikazzjoni tagħha, fid-dawl ta’ l-għanijiet ta’ aktar trasparenza u armonizzazzjoni.

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.09.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:31991L0674
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.