|
+Preamble: 1 |
Preamble: 1IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ), Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ), Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ), Billi, kif previst fl-Artikolu 8a tat-Trattat, għandhom jiġu adottati miżuri bil-għan li jiġi stabbilit progressivament is-suq intern fuq perjodu li jagħlaq fil-31 ta' Diċembru 1992; billi s-suq intern se tkun żona mingħajr fruntieri interni li fiha il-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital hu assigurat; Billi kull livell ġenerali għoli ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa għandu jinżamm u ħtiġijiet tekniċi preżenti u proċeduri amministrattivi fl-Istati Membri għandhom jittellgħu sa l-ogħla standards li preżentement intlaħqu fil-Komunità; Billi s-sigurtà hi fattur kruċjali fit-trasport bl-ajru tal-Komunità; billi għandha tittieħed konsiderazzjoni tal-Konvenzjoni dwar Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944, li tipprovdi għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jassiguraw l-operat sigur ta' l-inġenji ta' l-ajru; Billi r-restrizzjonijiet preżenti dwar it-trasferiment ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti ta' l-avjazzjoni u ta' ċerti servizzi fil-qasam ta' l-avjazzjoni bejn Stati Membri sejrin jikkawżaw distorzjoni fis-suq intern; Billi l-Awtoritajiet ta' l-Avjazzjoni Konġunta (JAA), korp assoċjat tal-Konferenza dwar Avjazzjoni Ċivili Ewropea (ECAC) ikkonkludew arranġamenti biex jikkooperaw fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' ħtiġijiet konġunti ta' l-avjazzjoni (JARs) fl-oqsma kollha li jirreferu għas-sigurtà ta' l-inġenji ta' l-ajru u l-operat tagħhom; Billi, skond il-politika komuni dwar trasport, ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi li jirreferu għas-sigurtà ta' l-inġenji ta' l-ajru u l-operat tagħhom għandhom jiġu armonizzati abbażi tal-kodiċi JAR tal-JAA; Billi s-sħubija ta' kull Stat Membru fil-JAA u l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fil-proċeduri tagħha tista' tiffaċilita dik l-armonizzazzjoni; Billi, sabiex jintlaħqu l-miri tal-Komunità għar-rigward tal-libertà ta' ċirkolazzjoni ta' persuni u prodotti kif ukoll għar-rigward il-politika komuni dwar it-trasport, Stati Membri għandhom jaċċettaw l-attestazzjoni ta' prodotti u ta' korpi u persuni interessati fid-disinn, fil-manifattura, fiż-żamma u fil-ħidma ta' prodotti, mingħajr aktar xogħol tekniku jew evalwazzjoni, meta l-prodott, l-organizzazzjoni jew il-persuna jkunu ġew attestati b'mod konformi mal-ħtiġijiet tekniċi komuni u proċeduri ammistrattivi; Billi problemi ta' sigurtà jistgħu jirriżultaw, f'dak il-każ, Stati Membri għandhom jieħdu kull miżura xierqa b'urġenza; billi dawk il-miżuri għandhom ikunu hekk iġġustifikati kif imiss u, meta l-ħtiġijiet tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi jipprovdu nuqqasijiet, ikun għall-Kummissjoni, li teżerċita l-poteri ta' implimentazzjoni tagħha, biex tadotta l-emendi meħtieġa; L-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-limitazzjonijiet ta' ħin ta' titjir u ta' servizz jistgħu jirriżultaw f'interruzzjonijiet sinifikattivi ta' rosters għal intrapriżi li l-mudelli operattivi tagħhom ikunu esklussivament ibbażati fuq operazzjoni matul il-lejl. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' evidenza pprovduta mill-partijiet konċernati, tagħmel evalwazzjoni u tipproponi aġġustament tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-limitazzjonijiet ta' ħin ta' titjir u ta' servizz sabiex jittieħed kont ta' dawn il-mudelli speċjali ta' operazzjoni; Billi hu mixtieq li finanzjament mill-Istati Membri għal riċerka biex tiġi mtejba s-sigurtà ta' l-avjazzjoni jiġi kkoordinat biex jiġi assigurat l-aħjar użu ta' riżorsi u biex ikun possibbli li jinkiseb benefiċċju massimu; Sas-16 ta' Jannar 2009, l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għandha tlesti evalwazzjoni xjentifika u medika tas-Sub-parti Q u, fejn ikun relevanti, tas-Sub-parti O ta' l-Anness III. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' din l-evalwazzjoni, u konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tfassal u tippreżenta bla dewmien proposti sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tekniċi relevanti; Fir-reviżjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8a għandha tinżamm id-direzzjoni lejn aktar armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet ta' taħriġ ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li s'issa ġew adottati, sabiex ikun iffaċilitat il-moviment liberu tal-persunal ta' l-ekwipaġġ tal-kabina fil-Komunità. F'dan il-kuntest, għandha tiġi eżaminata mill-ġdid il-possibbiltà ta' aktar armonizzazzjoni tal-kwalifiki ta' l-ekwipaġġ tal-kabina; Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 4 ), ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-armonizzazzjoni ta' ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili relatati ma' l-operazzjoni u l-manutenzjoni ta' inġenji ta' l-ajru u ma' persuni u organizzazzjonijiet involuti f'tali xogħlijiet. 2. Il-ħtiġijiet tekniċi armonizzati u proċeduri amministrattivi li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-inġenji ta' l-ajru kollha mħaddma minn operaturi kif imfissra fl-Artikolu 2(a), kemm jekk irreġistrati fi Stat Membru kemm jekk f'pajjiż terz. 3. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport ta' Ġibiltà tinftiehem bħala mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward ta' kwistjonijiet dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport. 4. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport tal-Ġibiltà għandha tiġi sospiża sakemm l-arranġamenti inklużi fid-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fit-2 ta' Diċembru 1987 jidħlu fis-seħħ. Il-Gvernijiet ta' Spanja u tar-Renju Unit għandhom javżaw lill-Kunsill dwar tali data ta' dħul fis-seħħ. L-Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament: (a) “operatur” tfisser persuna naturali li toqgħod fi Stat Membru jew persuna legali stabbilita fi Stat Membru li tuża xi inġenji ta' l-ajru jew aktar b'mod konformi mar-regolamenti applikabbli f'dak l-Istat Membru, jew trasportatur ta' l-ajru tal-Komunità kif imfisser fil-leġislazzjoni tal-Komunità; (b) “prodott” tfisser inġenji ta' l-ajru ċivili, magna, skrun jew tagħmir; (ċ) “apparat” tfisser kull strument, tagħmir, mekkaniżmu, apparatus jew aċċessorju użat jew maħsub li jintuża biex jiġu mħaddma inġenji ta' l-ajru f'titjira, kemm jekk installat fi, maħsub li jkun installat fi, jew imwaħħal ma', inġenji ta' l-ajru ċivili, iżda li ma jagħmilx parti minn airframe, magna jew skrun; (d) “komponent” tfisser materjal, parti jew sub-assembly mhux kopert bit-tifsira f'(b) jew (ċ) għall-użu fl-inġenji ta' l-ajru ċivili, magni, skrejjen jew tagħmir; (e) “attestazzjoni” (ta' kull prodott, servizz, organizzazzjoni jew persuna) tfisser kull forma ta' rikonoxximent legali li kull prodott, servizz, korp jew persuna tikkonforma mal-ħtiġijiet applikabbli. Dik l-attestazzjoni tinkludi żewġ atti: (i) l-att ta' ċċekkjar li teknikament il-prodott, servizz, organizzazzjoni jew persuna jikkonformaw mal-ħtiġijiet applikabbli; dan l-att hu magħruf bħala “tiftix tas-sejbiet tekniċi”; (ii) l-att ta' rikonoxximent formali ta' dik il-konformità mal-ħtiġijiet applikabbli permezz tal-ħruġ ta' ċertifikat, liċenza, approvazzjoni jew dokument ieħor bil-mod meħtieġ minn liġijiet u proċeduri nazzjonali; dan l-att hu magħruf bħala “tiftix tas-sejbiet legali”; (f) “manutenzjoni” tfisser l-ispezzjonijiet, servicing, modifiki u kull tiswija tul il-ħajja ta' inġenji ta' l-ajru meħtieġ biex jiġi assigurat li l-inġenji ta' l-ajru jibqgħu jikkonformaw maċ-ċertifikazzjoni tat-tip u joffri livell għoli ta' sigurtà fiċ-ċirkostanzi kollha; dan għandu jinkludi b'mod partikolari modifiki imposti mill-awtoritajiet li jkunu parti mill-arranġamenti li għalihom saret referenza f'(h) skond il-kunċetti ta' ċċekkjar għal airworthiness; (g) “national variant” tfisser kull ħtieġa nazzjonali jew regolament impost minn pajjiż b'żieda ma' jew minflok JAR; (h) “arranġamenti” tfisser arranġamenti żviluppati taħt l-awspiċi tal-Konferenza ta' l-Avjazzjoni Ċivili Ewropea (ECAC) dwar kooperazzjoni fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' ħtiġijiet konġunti f'kull qasam li jirrerferu għas-sigurtà u operazzjoni bla periklu ta' inġenji ta' l-ajru. Dawn l-arranġamenti huma speċifikati fl-Anness I; (i) “l-Awtorità” fl-Anness III tfisser l-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat ta' operatur ta' l-ajru (AOC). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|