+Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 8

1.  Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 3 sa 7 m'għandhomx jimpedixxu Stat Membru milli jirreaġixxi fil-pront f'każ ta' problema ta' sigurtà li tinvolvi prodott, persuna jew organizzazzjoni suġġetti għal dan ir-Regolament.

Jekk il-problema ta' sigurtà tirriżulta minn livell mhux adegwat ta' sigurtà previst mill-ħtiġijiet tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi, jew nuqqasijiet f'dawn il-ħtiġijiet u proċeduri, l-Istat Membru għandu javża minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri li ttieħdu u r-raġunijiet għalihom.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), jekk livell mhux adegwat ta' sigurtà jew nuqqas fil-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi jiġġustifikawx il-kontinwazzjoni ta' l-applikazzjoni tal-miżuri adottati skond l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tieħu wkoll il-passi neċessarji sabiex temenda l-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi kkonċernati skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 11. Jekk jinstab li l-miżuri ta' l-Istat Membru mhumiex ġustifikati, l-Istat Membru għandu jħassar dawn il-miżuri.

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-ħtiġijiet tekniċi u mill-proċeduri amministrattivi speċifikati minn dan ir-Regolament fil-każ ta' ċirkostanzi operattivi urġenti u mhux mistennija jew bżonnijiet operattivi għal tul limitat.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu avżati dwar kwalunkwe eżenzjoni mogħtija b'mod ripetut, jew għal perjodu itwal minn xahrejn.

Meta l-Kummissjoni u Stati Membri oħra jiġu avżati dwar l-eżenzjonijiet mogħtija minn Stat Membru skond it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-eżenzjonijiet jikkonformawx ma' l-għanijiet ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament jew ma' kull regola oħra relevanti tal-liġi Komunitarja.

Jekk il-Kummissjoni ssib li l-eżenzjonijiet mogħtija ma jikkonformawx ma' l-għanijiet ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament jew ta' kull regola oħra relevanti tal-leġislazzjoni Komunitarja, hija għandha tiddeċiedi dwar miżuri ta' salvagwardja skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 12a.

F'tali każ, l-Istat Membru għandu jħassar l-eżenzjoni.

3.  F'każijiet fejn jista' jintlaħaq, permezz ta' mezzi oħra, livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak milħuq permezz ta' l-applikazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness III, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità ta' l-applikanti u b'kont meħud tal-bżonn li ma tiġix distorta l-kompetizzjoni, jagħtu approvazzjoni li tidderoga minn dawn id-dispożizzjonijiet.

F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru konċernat għandu javża lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jagħti din l-approvazzjoni, ir-raġunijiet għaliha u l-kondizzjonijiet stipulati sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq livell ekwivalenti ta' sigurtà.

Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 3 xhur wara n-notifika minn Stat Membru, tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2) sabiex tiddeċiedi jekk l-approvazzjoni proposta tistax tingħata.

▼M6

F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni lill-Istati Membri kollha, li għandu jkollhom id-dritt li japplikaw dik il-miżura. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Anness III jistgħu ukoll jiġu emendati bi qbil ma' l-Artikolu 11, b'tali mod li jirriflettu dik il-miżura.

▼M5

L-Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw għal din il-miżura.

4.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi (1), (2) u (3), l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet relatati ma' OPS 1.1105 punt 6, OPS 1.1110 punti 1.3 u 1.4.1, OPS 1.1115 u ma' OPS 1.1125 punt 2.1 tas-Sub-parti Q fl-Anness III sakemm jiġu stabbiliti r-regoli Komunitarji bbażati fuq għarfien xjentifiku u l-aħjar prattika.

L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet li huma jiddeċiedu li jżommu.

Għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' l-OPS 1 imsemmija fl-ewwel sub-paragrafu, li l-Istati Membri jkollhom il-ħsieb li jadottaw wara d-data ta' applikazzjoni ta' l-Anness III, il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur wara n-notifika minn Stat Membru, tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2) sabiex tiddeċiedi jekk dawn id-dispożizzjonijiet jaqblux ma' l-għanijiet ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament u ta' regoli oħra tal-leġislazzjoni Komunitarja, u jekk dawn jistgħux isiru applikabbli.

▼M6

F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha, li għandu jkollhom id-dritt li japplikaw dik il-miżura. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Anness III jistgħu ukoll jiġu emendati bi qbil ma' l-Artikolu 11, b'tali mod li jirriflettu dik il-miżura.

▼M5

L- Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw għal din il-miżura.

▼M5

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2012 00:00:00 -Doknr: CELEX:31991R3922
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.