|
+Artikolu 8a |
Artikolu 8aArtikolu 8a 1. Sas-16 ta' Jannar 2009, l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għandha tikkonkludi evalwazzjoni xjentifika u medika tad-dispożizzjonijiet tas-Sub-parti Q u, fejn ikun relevanti, tas-Sub-parti O ta' l-Anness III. 2. Bla ħsara għall-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea, l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea ( 6 ) għandha tgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' proposti għall-modifika tad-dispożizzjonijiet tekniċi applikabbli tas-Sub-parti O u tas-Sub-parti Q ta' l-Anness III. L-Artikolu 9 Stati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkoordinaw il-programmi ta' riċerka tagħhom biex itejbu s-sigurtà ta' inġenji ta' l-ajru ċivili u l-operat tagħhom u biex jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Wara li tikkonsulta l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tieħu kull inizjattiva relevanti biex tinkoraġġixxi dawk il-programmi ta' riċerka nazzjonali. L-Artikolu 10 Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni: (a) b'kull ħtieġa jew proċedura emendata ġdida żviluppata jew adottata b'mod konformi mal-proċeduri stabbiliti fl-Arranġamenti; u (b) b'kull modifika ta' l-Arranġamenti; u (ċ) bir-riżultati tal-konsultazzjonijiet ma' l-industrija u korpi oħra interessati. L-Artikolu 11 1. Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, li saru neċessarji minħabba progress xjentifiku u tekniku u li jemendaw ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi komuni msemmija fl-Anness III, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). Minħabba raġunijiet ta' urġenza imperattivi, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 12(4). 2. Meta l-emendi li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 jinkludu l-varjant nazzjonali għal Stat Membru il-Kummissjoni, li taġixxi mal-proċedura stabbilita ►M6 fl-Artikolu 12(3) ◄ , għandha tiddeċiedi jekk għandhiex jew le tinkludi dak il-varjant fil-ħtiġijiet tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|