|
+Artikolu 12a |
Artikolu 12aArtikolu 12a Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandha tapplika l-proċedura ta' salvagwardja msemmija fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Qabel tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat. Il-perjodu previst fl-Artikolu 6(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur. Meta ssir referenza lill-Kunsill minn Stat Membru ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien tliet xhur. L-Artikolu 13 1. Stati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u biex issir sorveljanza ta' l-implimentazzjoni tiegħu. 2. Bħala parti mill-assistenza reċiproka li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jaqsmu b'mod regolari kull informazzjoni disponibbli dwar: — ksur ta' dan ir-Regolament minn dawk mhux residenti u penali imposti f'dan ir-rigward, — penali imposti fuq ir-residenti tiegħu minn kull Stat Membru għar-rigward ta' dawk il-ksur magħmula fi Stati Membri oħra. L-Artikolu 14 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|