+Artikolu 8 Pjanijiet ta' l-azzjoni
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
|
Artikolu 8 Pjanijiet ta' l-azzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2008 l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħejjew il-pjanijiet ta' l-azzjoni li jkunu nominati biex jamministraw, fit-territorji tagħhom, il-kwistjonijiet u l-affetti tal-ħsejjes, inkluż it-tnaqqis tal-ħsejjes jekk meħtieġ għal:
(a)
postijiet qrib it-toroq maġġuri li jkollhom aktar minn sitt miljun passaġġ ta' vetturi fis-sena, ferroviji maġġuri li jkollhom aktar minn 60 000 passaġġ ta' ferroviji fis-sena u ajruporti maġġuri;
(b)
agglomerazzjonijiet b'aktar minn 250 000 abitanti. Pjanijiet bħal dawn għandhom ukoll jimmiraw li jipprotieġu żoni kwieti kontra żieda fil-ħsejjes.
Il-miżuri fi ħdan il-pjanijiet huma fid-deskrezzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, imma għandhom primarjament jindirizzaw il-prijoritajiet li jistgħu jkunu identifikati bl-eċċess ta' xi valuri limitanti relevanti jew b'xi kriterja oħra magħżula mill-Istati Membri u japplikaw partikolarment għaż-żoni l-aktar importanti kif stabbiliti bl-immappjar strateġiku tal-ħsejjes.
|
|
Artikolu 8 2.
|
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2013, l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħejjew pjanijiet ta' azzjoni primarjament biex jindirizzaw prijoritajiet li jistgħu jkunu identifikati bl-eċċess tal-valuri limitanti jew b'xi kriterja oħra magħżula mill-Istati Membri għall-aglomerazzjonijiet u għal toroq maġġuri kif ukoll għal ferroviji maġġuri fit-territorji tagħhom.
|
|
Artikolu 8 3.
|
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kriterja relevanti l-oħra riferita fil-paragrafi 1 u 2.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Il-pjanijiet ta' l-azzjoni għandhom jilħqu l-ħtiġiet minimi ta' l-Anness V.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Il-pjanijiet tal-azzjoni għandhom jiġu rieżaminati, u riveduti jekk neċessarju, kull meta jseħħ żvilupp maġġuri li jaffettwa s-sitwazzjoni eżistenti tal-ħsejjes, u mill-anqas kull ħames snin wara d-data tal-approvazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet. Ir-rieżamijiet u r-reviżjonijiet li skont l-ewwel subparagrafu jsiru fl-2023, għandhom jiġu posposti biex isiru mhux aktar tard mit-18 ta’ Lulju 2024.
|
|
Artikolu 8 6.
|
L-Istati Membri tal-qrib għandhom jikkoperaw dwar il-pjanijiet ta' l-azzjoni qrib il-fruntieri tagħhom.
|
|
Artikolu 8 7.
|
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-pubbliku jkun ikkonsultat rigward il-proposti għall-pjanijiet ta' l- azzjoni, li jkunu mogħtija opportunitajiet effettivi kmieni biex jipparteċipaw fit-tħejjija tagħhom u fir- reviżjoni tal-pjanijiet ta' l-azzjoni, li jirriżultaw minn dik il-parteċipazzjoni tkun kunsidrata u li l-pubbliku jkun infurmat bid-deċiżjoni meħudha. Qafas ta' żmien raġjonevoli għandhom ikunu provduti li jippermettu żmien suffiċċjenti għal kull stadju tal-parteċipazzjoni pubblika. Jekk l-obligazzjoni għat-twettieq tal-proċedura tal-parteċipazzjoni pubblika toriġina simultanjament minn din id-Direttiva u minn xi leġislazzjoni oħra tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal proċeduri konġunti sabiex jevitaw duplikazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.07.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0049
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|