+L-ANNESS VI INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINBAGĦAT LILL-KUMMISSJONI

L-ANNESS VI INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINBAGĦAT LILL-KUMMISSJONI


L-ANNESS VI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINBAGĦAT LILL-KUMMISSJONI

imsemmija fl-Artikolu 10

L-informazzjoni li għandha tinbagħat lill-Kummissjoni hija kif ġej:

1.   Għall-aglomerazzjonijiet

1.1.

Deskrizzjoni qasira ta’ l-agglomerazzjoni: il-kwalità, id-daqs u n-numru ta’ l-abitanti.

1.2.

L-awtorità responsabbli.

1.3.

Programmi tal-kontroll tal-ħsejjes li kienu ġew imwettqa fil-passat u l-miżuri tal-ħsejjes kif jinsabu bħal-issa.

1.4.

Il-metodi tal-kompjutazzjoni jew tal-kejl li kienu użati.

1.5.

In-numru kalkolat ta’ persuni (f’mijjiet) li jgħixu f’abitazzjonijiet li huma esposti għal kull wieħed mill-meded li ġejjin tal-valuri Ljal fi dB 4 metri ‘l fuq mill-art fuq il- façade l-aktar espost 55-59, 60-64, 65-69, 70-74, >75, separatament għal ħsejjes tat-traffiku fit-toroq, bil-ferroviju u bl-ajru, u minn sorsi industrijali. Il-figuri għandhom ikunu mqarrba lejn l-eqreb mijja (e.g. 5 200 = bejn 5 150 u 5 249 ; 100 = bejn 50 u 149; 0 = anqas minn 50).

B’żieda għandu jkun mistqarr, meta xieraq u meta l-informazzjoni bħal din tkun disponibbli, kemm persuni fil-kategorija ta’ hawn fuq jgħixu fl-abitazzjonijiet li jkollhom:

— 
insulazzjoni speċjali kontra l-ħsejjes f’dak il-każ, it-tifsira ta’ l-insulazzjoni speċjali ta’ bini kontra wieħed jew aktar ta’ tipi ta’ ħsejjes ambjentali, flimkien ma dawk il-faċilitajiet bħal ma huma l-arja kondizzjonata li l-valuri għoljin ta’ l-insulazzjoni kontra l-ħsejjes ambjenti jkunu jistgħu jipproteġu,
— 
façade kwieta, tfisser façade ta’ l-abitazzjoni li fiha l-valur Ljal, erba metri ‘l fuq mill-art u żewġ metri ‘l quddiem mill- façade, għal ħoss emiss minn sorsi speċifiċi, ikun aktar minn 20 dB baxx milli fil- façade li jkollu l-għola valur ta’ Ljal.

Indikazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija dwar kif toroq maġġuri, ferroviji maġġuri u ajruporti maġġuri, skond kif definit fl-Artikolu 3, jikkontribwixxu għal dan ta’ hawn fuq.

1.6.

In-numru totali kalkulat ta’ persuni (f’mijjiet) li jgħixu f’abitazzjonijiet li huma esposti għal kull wieħed mill-meded li ġejjin tal-valuri Llejl fi dB 4 metri ‘l fuq mill-art fuq il- façade l-aktar espost: 50-54, 55-59, 60-64, 65-69, >70, separatament għall-ħsejjes tat-traffiku fit-toroq, bil-ferrovija u bl-ajru, u minn sorsi industrijali. Dawn id-dettalji jistgħu wkoll ikunu assessjati mill-meded ta’ valur 45-49 qabel id-data stabbilita fl-Artikolu 11(1).

B’żieda għandu jkun mistqarr, meta xieraq u meta l-informazzjoni bħal din tkun disponibbli, kemm persuni fil-kategorija ta’ hawn fuq jgħixu fl-abitazzjonijiet li jkollhom:

— 
Insulazzjoni speċjali kontra l-ħoss f’dan il-każ, kif definit fil-paragrafu 1.5,
— 
façade kwieta, kif definita fil-paragrafu 1.5.

Għandu wkoll ikun indikat kif it-toroq maġġuri, il-ferroviji maġġuri u l-ajruporti maġġuri jikkontribwixxu għal dan ta’ hawn fuq.

1.7.

Fil-każ ta’ preżentazzjoni grafika, mappep strateġiċi għandhom mill-anqas juru kontorni ta’ 60, 65, 70 u 75 dB.

1.8.

Sommarju tal-pjan ta’ l-azzjoni li jkopri l-aspetti mportanti kollha imsemmija fl-Anness V, li ma jeċċedux għaxar paġni fit-tul.

2.   Għal toroq maġġuri, ferroviji maġġuri u ajruporti maġġuri

2.1.

Deskrizzjoni ġenerali tat-toroq, ferroviji jew ajruporti: il-lokazzjoni, id-daqs, u l-informazzjoni dwar it-traffiku.

2.2.

Karatterizzazzjoni dwar l-inħawi tagħhom, agglomerazzjonijiet, irħula, l-inħawi tal-kampanja jew mod ieħor, l-informazzjoni dwar l-użu ta’ l-art, is-sorsi maġġuri l-oħrajn tal-ħsejjes.

2.3.

Programmi tal-kontroll tal-ħsejjes li kienu ġew imwettqa fil-passat u l-miżuri tal-ħsejjes kif jinsabu bħal-issa.

2.4.

Il-metodi tal-kompjutazzjoni jew tal-kejl li kienu użati.

2.5.

In-numru totali kalkolat ta’ persuni (f’mijiet) li jgħixu f’agglomerazzjonijiet il-barra mill-abitazzjoni li huma esposti għal kull wieħed mill-meded li ġejjin tal-valuri Ljal fi dB 4 metri ‘l fuq mill-art fuq il-façade ‘l-aktar espost: 55-59, 60-64, 65-69, 70-74, > 75.

B’żieda għandu jkun mistqarr, meta xieraq u meta l-informazzjoni bħal din tkun disponibbli, kemm persuni fil-kategorija ta’ hawn fuq jgħixu fl-abitazzjonijiet li jkollhom:

— 
Insulazzjoni speċjali kontra l-ħoss f’dan il-każ, kif definit fil-paragrafu 1.5,
— 
façade kwieta, kif definita fil-paragrafu 1.5.

2.6.

In-numru totali kalkolat ta’ persuni (f’mijiet) li jgħixu f’agglomerazzjonijiet il-barra mill-abitazzjoni li huma esposti għal kull wieħed mill-meded li ġejjin tal-valuri Llejl fi dB 4 metri ‘l fuq mill-art fuq il-façade l-aktar espost: 50-54, 55-59, 60-64, 65-69, >70. Dawn id-dettalji jistgħu wkoll ikunu assessjati mill-meded ta’ valur 45-49 qabel id-data stabbilita fl-Artikolu 11(1).

B’żieda għandu jkun mistqarr, meta xieraq u meta l-informazzjoni bħal din tkun disponibbli, kemm persuni fil-kategorija ta’ hawn fuq jgħixu fl-abitazzjonijiet li jkollhom:

— 
Insulazzjoni speċjali kontra l-ħoss f’dan il-każ, kif definit fil-paragrafu 1.5,
— 
façade kwieta, kif definita fil-paragrafu 1.5.

2.7.

Il-medda totali (fi km2) esposta għal valuri Ljal aktar għolja minn 55, 65 u 75 dB rispettivament. In-numru totali kalkolat ta’ l-abitazzjonijiet (f’mijjiet) u numru totali kalkolat ta’ persuni (f’mijjiet) li jgħixu f’kull waħda minn dawk il-meded għandhom wkoll ikunu mogħtija. Dawk il-figuri għandhom jinkludu agglomerazzjonijiet.

Il-kontorni 55 u 65 dB għandhom ukoll ikunu murija fuq waħda jew aktar mappep li jagħtu informazzjoni rigward il-lokazzjoni ta’ rħula, bliet u agglomerazzjonijiet fi ħdan dawk il-kontorni.

2.8.

Sommarju tal-pjan ta’ l-azzjoni li jkopri l-aspetti importanti kollha imsemmija fl-Anness V, li ma jeċċedux għaxar paġni fit-tul.

▼M3

3.   Mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni.

Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiżviluppa mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni diġitali obbligatorju biex titqassam l-informazzjoni mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes u mis-sommarji tal-pjanijiet ta’ azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10(2). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.07.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0049
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.