+Preamble: 1

Preamble: 1

Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-3 ta’ Ġunju 1991

dwar il-firxa ta’ frekwenza li għandha tkun allokata għall-introduzzjoni kkordinata ta’ telekomunikazzjonijiet diġitali Ewropej mingħajr fili (DECT) fil-Komunità

(91/287/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

B’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi r-rakkomandazzjoni 84/549/KEE [4] issejjaħ għall-introduzzjoni ta’ servizzi fuq il-bażi ta’ approċċ komuni armonizzat fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet;

Billi l-Kunsill fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta’ Ġunju, 1988 [5] dwar l-iżvilupp tas-suq komuni għal servizzi u tagħmir ta’ telekomunikazzjonijiet isejjaħ għall-promozzjoni ta’ servizzi ma’ l-Ewropa kollha skond il-ħtiġiet tas-suq;

Billi r-riżorsi offruti min-networks moderni ta’ telekomunikazzjonijiet għandhom ikunu utilizzati b’mod sħiħ għall-iżvilupp ekonomiku tal-Komunità;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ Stati Membri dwar il-kompatibilità elettromanjetika [6] hija applikabbli, u għandha tingħata attenzjoni partikulari biex tkun evitata interferenza elettromanjetika ta’ dannu;

Billi s-sistemi preżenti ta’ telefon mingħajr fili użati fil-Komunità, u l-firex ta’ frekwenzi li joperaw fihom, ivarjaw ħafna u jistgħu ma jippermettux il-benefiċċji minn servizzi mifruxa ma’ l-Ewropa jew il-benefiċċju mill-ekonomiji ta’ skala assoċjati ma’ suq tassew Ewropew;

Billi l-Istitut Ewropew ta’ l-Istandards ta’ Telekomunikazzjoni (ETSI) qiegħed fil-preżent jiżviluppa l-Istandard Ewropew - tat-Telekomunikazzjonijiet (ETS) jew telekomunikazzjonijiet diġitali Ewropej mingħajr fili (DECT);

Billi l-iżvilupp ta’ l-Istandard Ewropew tat-Telekomunikazzjonijiet (ITE) għandu jqis is-sigurtà ta’ l-utenti, u l-ħtieġa għal interoperabilità ma’ l-Ewropa kollha u jagħmilha possibbli għall-utenti li jkollhom servizz ibbażat fuq it-teknoloġija tad-DECT fi Stat Membru wieħed biex ikollhom aċċess għas-servizz f’kull Stat Membru ieħor, fejn xieraq;

Billi l-implimentazzjoni Ewropea tad-DECT se tipprovdi opportunità importanti biex ikunu stabbiliti faċilitajiet tassew Ewropej ta’ telefon diġitali mingħajr fili;

Billi l-ETSI għamel stima li d-DECT ikun jirrikjedi 20 MHz f’żoni ta’ densità għolja;

Billi l-Konferenza Ewropea ta’ l-Ammininistrazzjonijiet Postali u Telekomunikazzjonijiet (CEPT) irrakkomandat il-firxa ta’ frekwenza komuni Ewropea 1880-1900 MHz għad-DECT, filwaqt li rrikonoxxiet li, skond l-iżvilupp tas-sistema tad-DECT, jista’ jkun mitlub l-ispettru tal-frekwenza addizzjonali;

Billi dan għandu jitqies fil-preparazzjoni għall-Konferenza Dinjija Amministrattiva tar-Radju (WARC) ta’ l-1992;

Billi wara d-data ta’ l-allokazzjoni tal-firxa ta’ frekwenza għad-DECT, servizzi eżistenti jistgħu jibqgħu fil-firxa, sakemm ma jfixklux is-sistemi tad-DECT li jistgħu jkunu stabbiliti skond id-domanda kummerċjali;

Billi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill 91/288/KEE tat-3 ta’ Ġunju 1991 dwar l-introduzzjoni kkordinata tad-DECT fil-Komunità [7], għandha tiżgura l-implimentazzjoni tad-DECT l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 1992;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 91/263/KEE tad-29 ta’ April 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tiegħu [8] għandha tippermetti l-istabbiliment bil-ħeffa ta’ speċifikazzjonijiet ta’ konformità komuni għad-DECT;

Billi l-istabbiliment tad-DECT jiddependi fuq l-allokazzjoni u d-disponibilità tal-firxa ta’ frekwenza biex wieħed jittrasmetti u jirċievi bejn stazzjonijiet b’bażi fissa u stazzjonijiet mobbli;

Billi se tkun tinħtieġ xi flessibilità biex jittieħed kont tal-ħtiġiet ta’ frekwenzi differenti fi Stati Membri differenti; ikun se jkun meħtieġ li jkun żgurat li flessibilità bħal din ma tnaqqassx il-ħeffa ta’ l-implimentazzjoni tat-teknoloġija tad-DECT skond id-domanda kummerċjali fil-Komunità;

Billi d-disponibilità progressiva tal-medda sħiħa tal-firxa ta’ frekwenza spjegata iktar ‘il fuq se tkun indispensabbli għat-twaqqif tad-DECT fuq bażi Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: None -Doknr: CELEX:31991L0287
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.