+KAPITOLU III L-Obbligi tal-kaptan.
---+Artikolu 8
---+Artikolu 9
---+Artikolu 10
---+Artikolu 11
---+Artikolu 12
|
KAPITOLU III L-Obbligi tal-kaptan.
KAPITOLU III L-Obbligi tal-kaptan.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8
|
Artikolu 8 1. Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità għandu jassigura li kull sbarkazzjoni jew trasbord tad-Dissostichus spp. fil-jew mill-bastiment tiegħu jkun akkumpanjat minn dokument ta' qbid komplut. 2. Il-Kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità li jkun irċieva wieħed jew iktar formoli ta' dokumenti ta' qbid għandu jsegwi l-proċeduri kif ġej qabel kull żbarkazzjoni jew trasbord tad-Dissostichus spp.:
(a) hu għandu jassigura li kull informazzjoni obbligatorja elenkata fl-Anness I tkun reġistrata bir-reqqa fuq id-dokument ta' qbid;
(b) jekk l-iżbark jew it-trasbord jinkludi qabda taż-żewġ speċi ta' Dissostichus, il-kaptan għandu jirreġistra fid-dokument tal-qabda stima tal-piż totali tal-qabda li għandha tiġi żbarkata jew trasbordata u jindika stima tal-piż ta' kull speċi;
(ċ) jekk żbarkazzjoni jew trasbord jinkludi qabda taż-żewġ speċi ta' Dissostichus li jkunu meħudin minn sub-żoni differenti u/jew diviżjonijiet ta' statistika, il-kaptan għandu jirreġistra fid-dokument ta' qbid stima tal-piż ta' kull speċi meħuda minn kull żona u/jew diviżjonijiet ta' l-istatistika;
(d) il-kaptan għandu jgħaddi lill-Istat Membru fejn ikun reġistrat il-bastiment, bl-iktar mod elettroniku effiċjenti li għandu għad-disposizzjoni tiegħu, in-numru tad-dokument ta' qbid, id-dati ta' meta saret il-qabda, l-ispeċi, it-tip jew tipi ta' proċessar, l-istima ta' piż li se tiġi żbarkata u ż-żona jew żoni tal-qabda, id-data ta' l-iżbarkazzjoni jew trasbord u l-port u l-pajjiż ta' l-iżbarkazzjoni jew tal-bastiment tat-trasbord u għandu jitlob numru ta' konferma mill-iStat Membru ta' fejn saret ir-reġistrazzjoni.
Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni għal dan il-punt tista' tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2).
|
|
Artikolu 9
|
Artikolu 9
▼M1
Wara li jivverifika, permezz ta’ l-użu tar-rapporti tad-data miksuba permezz tas-sistema tal-kontroll tal-bastiment b’satellita awtomatizzata li hija protetta kontra t-tbagħbis (VMS), li ż-żona li fiha saret is-sajda u li l-qabda li għandha tkun miġjuba fuq l-art jew trasbordata kif irrappurtata mill-bastiment tagħha hija reġistrata b’mod preċiż u konsistenti ma’ l-awtorizzazzjoni tiegħhu biex tistad, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jagħti n-numra ta’ konferma lill-kaptan bil-mezz tal-komunikazzjoni elettroniku l-aktar mgħaġġel. Il-kaptan għandu jdaħħal in-numru tal-konferma fuq id-dokument tal-qabda.
▼B
Ir-regola ta' l-implimentazzjoni għal dan l-artikolu jista' jiġi adottat mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2).
|
|
Artikolu 10
|
Artikolu 10 1. Hekk kif isir l-iżbark jew it-trasbord tad-Dissostichus spp. il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat li jkun irċieva wieħed jew iktar formoli ta' dokumenti ta' qbid għandu:
(a) f'każ ta' trasbord, jikseb il-firma fuq id-dokument ta' qbid tal-kaptan tal-bastiment fuq liema il-qabda tkun trasbordata;
(b) f'każ ta' żbark, għandu jikseb għal fuq id-dokument ta' qbid
▼M2
— validazzjoni ffirmata u ttimbrata minn uffiċjal responsabbli ta' l-Istat tal-Port ta' l-iżbarkar jew iż-żona ta' kummerċ ħieles li qed taġixxi taħt id-direzzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana jew tas-sajd ta' l-Istat tal-Port u li hija kompetenti fir-rigward tal-validazzjoni ta' dokumenti ta' qbid ta' Dissostichus spp., u
▼B
— il-firma tal-persuna li jirċievi l-qabda fil-port ta' l-iżbark jew f'żona ta' kummerċ ħieles.
2. F'każ li l-qabda tkun separata ma' l-iżbark, l-istess kaptan jew r-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jippreżenta kopja tad-dokument ta' qbid lil kull persuna li tirċievi parti mill-qabda fil-port ta' l-iżbark jew fiż-żona ta' kummerċ ħieles. Il-kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jirreġistra fuq il-kopja tad-dokument ta' qbid l-ammont u l-oriġini tal-qabda li rċeviet dik il-persuna u jikseb il-firma tagħhom. L-informazzjoni dwar id-dokument ta' qbid f'dan il-paragrafu jista' jkun emendat sabiex japplika miżuri ta' konservazzjoni tal-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) li jsiru obbligatorji fuq il-Komunità, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(3). 3. L-istess kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jiffirma u jgħaddi bl-iktar mod elettroniku effiċjenti li qiegħed għad-disposizzjoni tiegħu kopja jew, jekk il-qabda żbarkata kienet separata, kopji tad-dokumenti ta' qbid iffirmati lill-Istat Membru ta' reġistrazzjoni tal-bastiment. Hu għandu jipprovdi wkoll kopja tad-dokument iffirmat lil kull pertsuna li tirċievi parti mill-qabda. Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni għal dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2).
|
|
Artikolu 11
|
Artikolu 11 Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jżomm id-dokument jew dokumenti ta' qbid iffirmati u oriġinali u jibgħathom lura lill-Istat Membru ta' reġistrazzjoni sa mhux iktar tard minn xahar wara it-tmiem ta' l-istaġun tas-sajd. Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni għal dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2).
|
|
Artikolu 12
|
Artikolu 12 1. Il-kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità fuq liema il-qabda ġiet trasbordata għandu, minnufih wara l-iżbark tad-Dissostichus spp., jikseb għal fuq id-dokument ta' qbid li huwa rċieva mill-bastimenti trasbordanti:
▼M2
— validazzjoni ffirmata u ttimbrata minn uffiċjal responsabbli ta' l-Istat tal-Port ta' l-iżbarkar jew iż-żona ta' kummerċ ħieles li qed taġixxi taħt id-direzzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana jew tas-sajd ta' l-Istat tal-Port u li hija kompetenti fir-rigward tal-validazzjoni ta' dokumenti ta' qbid ta' Dissostichus spp., u
▼B
— il-firma tal-persuna li tirċievi il-qabda fil-port ta' l-iżbark jew fiż-żona ta' kummerċ ħieles.
2. F'każ li l-qabda tiġi separata meta tkun żbarkata, il-kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jippreżenta kopja tad-dokument ta' qbid lil kull persuna li tirċievi parti mill-qabda fil-port ta' l-iżbark jew fiż-żona ta' kummerċ ħieles. Il-kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu jirreġistra fuq il-kopja tad-dokument ta' qbid l-ammont u l-oriġini tal-qabda li dik il-persuna tkun irċeviet u jikseb il-firma tagħha. L-informazzjoni dwar il-qabda imsemmija f'dan il-paragrafu tista' tiġi emendata sabiex tapplika miżuri ta' konservazzjoni tal-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) li saru obbligatorji għall-Komunità, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(3). 3. L-imsemmi kaptan jew ir-rappreżentant minnu awtorizzat għandu minnufih jiffirma u jgħaddi kopja jew, jekk il-qabda żbarkata kienet separata, kopji tad-dokumenti ta' qbid iffirmati u ttimbrati lill-Istati ta' reġistrazzjoni li ħarġu dawk id-dokumenti ta' qbid, bl-iktar mezz elettroniku effiċjenti li hu għad-disposizzjoni tiegħu Hu għandu jipprovdi kopja ffirmata tad-dokument jew dokumenti rilevanti lil kull persuna li tirċievi parti mill-qabda. Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni għal dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.10.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:32001R1035
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|