+Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 14

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jassiguraw li kull żbark ta' Dissostichus spp. fil-portijiet tagħhom jkun akkumpanjat minn dokument ta' qbid komplut.

▼M1

l-Artikolu 15

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-mizuri kollha neċessarji biex jiżguraw li kull ġarr bil-bastiment tad-Dissostichus spp. impurtat ġo jew esportat mit-territorju tagħhom huwa akkumpanjat mid-dokument jew dokumenti magħmula validi bl-esportazzjoni jew bir-riesportazzjoni li jikkorrispondu għall-kwantità totali tad-Dissostichus spp. li jkunu jinsabu fil-ġarr bil-bastiment.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet doganali tagħhom jew aġenti uffiċjali kompetenti oħra jitolbu u jeżaminaw id-dokumentazzjoni ta’ kull ġarr bil-bastiment tad-Dissostichus spp. impurtat ġo jew esportat mit-territorju tagħhom biex jivverifikaw li tinkludi d-dokument jew id-dokumenti tal-qabda li huma magħmula validi bl-esportazzjoni jew bir-riesportazzjoni li jikkorrispondu għall-kwantità totali tad-Dissostichus spp. li jkunu jinsabu fil-ġarr bil-bastiment. Dawn l-awtoritajiet jew l-aġenti jistgħu wkoll jeżaminaw il-kontenut ta’ kull ġarr bil-bastiment biex jivverifikaw l-informazzjoni li tkun tinsab fid-dokument jew dokumenti tal-qabda.

3.  L-Istati Membri għandhom jinfumaw lill-Kummissjoni b’kull istanza fejn ir-riżultati tal-verifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jindikaw li l-ħtiġijiet tad-dokumentazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament ma ġewx rispettati.

4.  Id-Dokument tal-qabda tad-Dissostichus spp. magħmul validu bl-esportazzjoni huwa wieħed li:

(a) jinkludi l-informazzjoni kollha speċifikata fl-Anness I u il-firem kollha neċessarji; u

(b) jinkludi ċ-ċertifikat iffirmat jew immarkat bil-boll mill-aġent uffiċjali ta’ l-Istat esportatur, li jafferma l-akkuratezza ta’ l-informazzjoni li tkun tinsab fid-dokument.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.10.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:32001R1035
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.