+ANNESS VIII METODI TA' TESTIJIET U METODI ANALITIĊI

ANNESS VIII METODI TA' TESTIJIET U METODI ANALITIĊI

ANNESS VIII

METODI TA' TESTIJIET U METODI ANALITIĊI

Il-metodi li ġejjin ta' testijiet u analiżi japplikaw għal proċeduri ta' kontroll għal diterġenti fis-suq imwettqa mill-Istati Membri:

1.   Metodu ta' referenza (test konfermattiv)

1.1.   Definizzjoni

Dan il-metodu jiddeskrivi mudell ta' laboratorju tal-ħama attivat + sediment sekondarju maħsub biex jissimula trattament ta' drenaġġ muniċipali. Il-kondizzjonijiet deskritti huma dawk mid-Direttivi ta' qabel dan ir-Regolament. Kondizzjonijiet ta' xogħol imtejba u l-aktar moderni jistgħu jiġu applikati għal dan il-metodu ta' testjar kif deskritt fl-EN ISO 11733.

1.2.   Tagħmir meħtieġ għal kejl

Il-metodu ta' kejl juża l-impjant għall-ħama attivat ftit muri fil-Figura I, u f'aktar dettall fil-Figura 2. It-tagħmir jikkonsisti f'reċipjent għad-drenaġġ, pompa tad-dożaġġ B, reċipjent għall-arjazzjoni Ċ, sedimentatur D, pompa E li ttella' bl-arja għar-riċiklaġġ tal-ħama attivat, u reċipjent F għall-ġbir tad-drenaġġ trattat.

Ir-reċipjenti A u F għandhom ikunu tal-ħġieġ jew plastik adattat u jesgħu mill-inqas erbgħa u għoxrin litru. Il-pompa B trid iżżomm għaddej ma jaqta' xejn drenaġġ sintetiku għar-reċipjent ta' l-arjazzjoni; dan ir-reċipjent, waqt xogħol normali, jkun fih tliet litri ta' likur imħallat. Kubu G sinterizzat ta' l-arjazzjoni jkun sospiż fir-reċipjent Ċ fil-quċċata tal-kona. Il-kwantita_ ta' arja li tgħaddi mill-arjatur għandha tiġi monitorjata permezz tal-miter H tal-fluss.

1.3.   Drenaġġ sintetiku

Għat-test jintuża drenaġġ sintetiku. Ħoll f'kull litru ta' ilma tal-vit:

— 160 mg peptun;

— 110 mg estratt tal-laħam;

— 30 mg urea, CO(NH2)2;

— 7 mg klorur tas-sodju, NaCl;

— 4 mg klorur tal-kalċju, CaCl2.2H2O;

— 2 mg sulfat tal-manesju, MgSO4.7H2O;

— 28 mg ta' fosfat ta' l-idroġenu di-potassju, K2HPO4;

— u 10 ± 1 mg tas-surfactant.

Id-drenaġġ sintetiku jitħejja frisk kuljum.

1.4.   Preparazzjoni ta' kampjuni

Surfactants mhux komposti jiġu eżaminati fl-istat oriġinali Kontenut attiv ta' kampjuni ta' surfactants irid jiġi determinat biex jitħejja d-drenaġġ sintetiku (1.3).

1.5.   Tħaddim ta' apparat

L-ewwel, imla r-reċipjent Ċ ta' l-arjazzjoni u s-sedimentatur D bi drenaġġ sintetiku. L-għoli tar-reċipjent D għandu jkun iffissat b'mod li l-volum li jkun hemm fir-reċipjent Ċ ta' l-arjazzjoni ikun ta' tliet litri. It-tilqim isir billi jiddaħħlu 3 ml ta' effluwent sekondarju ta' kwalità' tajba, miġbur frisk minn impjant ta' trattament li jaħdem fuq drenaġġ prinċipalment domestiku. L-effluwent irid jinżamm taħt kondizzjonijiet aerobiċi fil-perjodu bejn it-teħid ta' kampjuni u l-applikazzjoni. Imbagħad ibda ħaddem l-arjatur G, il-pompa E li ttella' bl-arja u l-istrument ta' dożaġġ B Id-drenaġġ sintetiku għandu jgħaddi mir-reċipjent ta' l-arjazzjoni Ċ bir-rata ta' litru kull siegħa; dan jippermetti żamma medja ta' tliet sigħat.

Ir-rata ta' l-arjazzjoni għandha tkun regolata b'mod li l-kontenut tar-reċipjent Ċ jinżamm kontinwament sospiż u l-kontenut ta' ossiġnu maħlul ikun mill-inqas 2 mg/l. Ir-ragħwa trid tiġi evitata b'mezzi xierqa. Aġenti għal kontra r-ragħwa li jimpedixxu l-ħama attivat jew li jkun fihom surfactants m'għandhomx jintużaw. Il-pompa E li ttella' bl-arja trid tkun issettjata b'mod li l-ħama attivat mis-sedimentatur ikun kontinwament u regolarment riċiklat għar-reċipjent ta' l-arjazzjoni Ċ. Ħama li jkun inġabar fin-naħa ta' fuq tar-reċipjent ta' l-arjazzjoni Ċ, fil-bażi tar-reċipjent D li fih il-materjal joqgħod, jew fiċ-ċirkuwitu taċ-ċirkolazzjoni irid jirritorna fiċ-ċirkolazzjoni mill-inqas darba kuljum bl-użu ta' xi broxk jew xi mezz xieraq ieħor. Meta l-ħama ma joqgħodx, il-kapaċità tiegħu li joqgħod tista' tikber billi jiżdiedu porzjonijiet ta' 2 % ta' soluzzjoni ta' 5 % ta' klorur tal-ħadid, ripetut kif meħtieġ.

L-effluwent mis-sedimentatur D jinġema' fir-reċipjent F għal erbgħa u għoxrin siegħa, imbagħad jittieħed kampjun wara li jkun tħallat sew. Ir-reċipjent F imbagħad għandu jitnaddaf sew.

1.6.   Ezaminar ta' tagħmir ghal kejl

Il-kontenut ta' surfactant (f'mg/l) tad-drenaġġ sintetiku jiġi determinat minnufih qabel l-użu.

Il-kontenut ta' surfactant (f'mg/l) ta' l-effluwent miġbur matul erbgħa u għoxrin siegħa fir-reċipjent F għandu jiġi determinat analitikament bl-istess metodu, minnufih wara li jinġabar: altrimenti l-kampjuni għandhom jiġu priservati, preferibbilment permezz ta' iffriżar. Il-konċentrazzjonijiet għandhom jiġu determinati bl-eqreb 0,1 mg/l ta' surfactant.

Bħala kontroll ta' l-effiċjenza tal-proċess, id-domanda għal ossiġnu kimiku (DOK) jew għal karbonju organiku maħlul (KOM) ta' l-effluwent filtrat b'fibri tal-ħġieġ miġbur fir-reċipjent F u tad-drenaġġ sintetiku filtrat fir-reċipjent A jitkejjel mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa.

It-tnaqqis ta' DOK jew KOM għandu jillivella lilu nnifsu meta tinkiseb digradazzjoni bejn wieħed u ieħor regolari ta' kuljum ta' surfactant fl-aħħar tal-perjodu ta' tħaddim tal-bidu kif jidher fil-Figura 3.

Il-kontenut ta' materjal xott fil-ħama attivat li jkun hemm fir-reċipjent ta' arjazzjoni għandu jiġi determinat darbtejn fil-ġimgħa f'g/l. Jekk ikun aktar minn 2,5 g/l, l-eċċess ta' ħama attivat għandu jintrema.

It-test tad-digradazzjoni isir f'temperatura tal-kamra; din għandha tkun kostanti u miżmuma għal 19-24 °Ċ.

1.7.   Kalkolu ta' biodigradibiltà

Id-digradazzjoni perċentwali ta' surfactant għandha tiġi kalkolata kuljum fuq il-bażi ta' kontenut ta' surfactant f'mg/l tad-drenaġġ sintetiku u ta' l-effluwent korrispondenti miġbur fir-reċipjent F.

Il-valuri ta' digradibiltà hekk miksuba għandhom jiġu preżentati grafikament kif jidher fil-Figura 3.

Id-digradibiltà tas-surfactant għandha tiġi kalkolata bħala l-medja aritmetika tal-valuri miksuba matul il-wieħed u għoxrin jum ta' wara l-perjodu ta' tħaddim tal-bidu u ta' akklimatizzazzjoni, li matulu d-digradazzjoni kienet regolari u t-tħaddim ta' l-impjant bla nkwiet ta' xejn. Ikun x'ikun il-każ il-perjodu tat-tħaddim tal-bidu m'għandux ikun aktar minn sitt ġimgħat.

Il-valuri ta' digradazzjoni ta' kuljum jiġu kalkolati fuq l-eqreb 0,1 % iżda r-riżultat finali jingħata fuq l-eqreb numru sħiħ.

F'xi każi jista' jkun permissibbli li titnaqqas il-frekwenza ta' teħid ta' kampjuni iżda mill-inqas erbatax il-kampjun miġbura matul il-wieħed u għoxrin jum wara t-tħaddim tal-bidu għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-medja.

2.   Determinazzjoni ta' surfactants anjoniċi f'testijiet ta' biodegradibiltà

2.1.   Prinċipju

Il-metodu hu bażat fuq il-fatt li l-blu tal-metilin taż-żebgħa katjoniku jifforma mluħiet blu ma' surfactants anjoniċi (MBSA), li jistgħu jiġu estratti bil-kloroform. Biex tiġi eliminata interferenza, l-estrazzjoni l-ewwel issir minn soluzzjoni alkalina u l-estratt imbagħad jitħawwad ma' soluzzjoni blu ta' metilin aċiduż. Il-kapaċità ta' assorbiment tal-fażi organika separata titkejjel fotometrikament fuq il-wavelength ta' assorbiment massimu ta' 650 nm.

2.2.   Riaġenti u tagħmir

2.2.1.   Soluzzjoni pH 10 li żżomm

Ħoll 24 g bikarbonat tas-sodju, NaHCO3 AR, u 27 g karbonat tas-sodju anidru (Na2CO3) AR f'ilma deonizzata u iddilwixxi sa 1 000  ml.

2.2.2.   Soluzzjoni blu ta' metilin newtrali

Ħoll 0,35 g blu tal-metilin AR f'ilma deonizzata u iddilwixxi sa 1 000  ml. Ipprepara s-soluzzjoni mill-inqas erbgħa u għoxrin siegħa qabel l-użu. L-assorbiment tal-fażi ta' kloroform in bjank, imkejla kontra l-kloroform m'għandhiex tkun aktar minn 0,015 kull 1 ċm ta' saff ta' ta' 650 nm ħxuna.

2.2.3.   Soluzzjoni ta' blu ta' metilin aċiduż

Ħoll 0,35 g blu ta' metilin AR f'500 ml ilma deonizzata u ħallat ma' 6,5 ml H2SO4 (d = 1,84 g/ml). Iddilwixxi sa 1 000  ml ma' ilma deonizzata. Ipprepara s-soluzzjoni mill-inqas erbgħa u għoxrin siegħa qabel l-użu. L-assorbiment tal-fażi ta' kloroform in bjank, imkejjel mall-kloroform m'għandux ikun aktar minn 0,015 kull 1 ċm ta' saff ta' 650 nm ħxuna.

2.2.4.

Kloroform (trichloromethane) AR distillat frisk

2.2.5.

Dodecyl benzene sulphonic acid methyl ester

2.2.6.

Soluzzjoni ta' idrossidu ta' potassju etanoliku, KOH 0,1 M

2.2.7.

Etanol pur, C2H5OH

2.2.8.

Aċidu bil-kubrit, H2SO4 0,5 M

2.2.9.

Soluzzjoni ta' fenolftaelin

Ħoll 1 g fenolftaelin f'50 ml etanol u żid 50 ml ilma dejonizzat waqt li tħawwad kontinwament. Iffiltra kull preċipitat miksub.

2.2.10.

Aċidu idrokloriku metanoliku: 250 ml aċidu idrokloriku AR u 750 ml metanol

2.2.11.

Lenbut li jissepara, 250 ml

2.2.12.

Flixkun immarkat b'serje ta' gradi għall-kejl, 50 ml

2.2.13.

Flixkun immarkat b'serje ta' gradi għall-kejl, 500 ml

2.2.14.

Flixkun immarkat b'serje ta' gradi għall-kejl, 1 000  ml

2.2.15.

Flixkun bil-qiegħ tond b'tapp tal-ħġieġ mitħun u kondensatur ta' rifluss, 250 ml; biċċiet żgħar bħal ramel jagħlu

2.2.16.

Miter pH

2.2.17.

Fotometru biex ikejjel f'650 nm, b'ċelluli ta' 1 sa 5 ċm

2.2.18.

Karta li tiffiltra ta' grad kwalitattiv

2.3.   Proċedura

Il-kampjun għall-analiżi ma jridx jittieħed minn saff ta' ragħwa.

Wara li jinħasel sew bl-ilma, it-tagħmir użat għall-analiżi jrid jitlaħlaħ sew b'aċidu idrokloriku metanoliku (2.2.10) u mbagħad b'ilma deonizzata qabel jintuża.

Iffiltra l-influwent u l-effluwent tal-ħama attivata ta' l-impjant li għandhom jiġu eżaminati mill-ewwel malli jittieħdu l-kampjuni. Armi l-ewwel 100 ml tal-filtrati.

Poġġi volum imkejjel tal-kampjun, newtralizzat jekk meħtieġ, f'lenbut ta' 250 ml li jissepara (2.2.11). Il-volum tal-kampjun għandu jkun fih bejn 20 u 150 g ta' MBAS. Fil-livell baxx tal-kontenut ta' MBAS, jistgħu jintużaw sa 100 ml mill-kampjun. Meta jintużaw anqas minn 100 ml, iddilwixxi sa 100 ml b'ilma deonizzata. Mal-kampjun żid 10 ml ta' soluzzjoni li żżomm (2.2.1), 5 ml soluzzjoni blu ta' metilin newtrali (2.2.2) u 15 ml kloroform (2.2.4). Ħawwad it-taħlita biex tiġi l-istess u mhux wisq b'saħħtek għal minuta. Wara s-separazzjoni tal-fażi, itfa's-saff ta' kloroform fit-tieni lenbut li jissepara, li jkun fih 110 ml ilma deonizzata u 5 ml soluzzjoni blu tal-metilin aċiduż (2.2.3). Ħawwad it-taħlita għal minuta. Għaddi s-saff ta' kloroform minn ġo filtru tat-tajjar imnaddaf u mxarrab bil-kloroform minn qabel fi flixkun immarkat bil-gradi għal kejl (2.2.12).

Iġbed lura s-soluzzjonijiet alkalini u aċidużi għal tliet darbiet, bl-użu ta' 10 ml kloroform għat-tieni u t-tielet estrazzjonijiet. Iffiltra l-estratti tal-kloroform magħqudin mill-istess filtru tat-tajjar u dilwixxi sal-marka fil-flixkun ta' 50 ml (2.2.12) bi kloroform użat biex jerġa' jinħasel it-tajjar. Kejjel l-assorbiment tas-soluzzjoni ta' kloroform b'fotometru b'650 nm f'ċelluli ta' 1 sa 5 ċm għal kloroform. Agħmel determinazzjoni in bjank matul il-proċedura kollha.

2.4.   Kurva ta' kalibrazzjoni

Lesti soluzzjoni ta' kalibrazzjoni mis-sustanza standard ta' dodecylbenzene sulphonic acid methyl ester (tip tetrapropylene mol.wt. 340) wara saponifikazzjoni fil-melħ tal-potassju. L-MBAS hu kalkolat bħala sodium dodecyl benzene sulphonate (mol. wt. 348).

Bl-użu ta' pipetta għall-użin, iżen 400 sa 450 g ta' dodecyl-benzene-sulphonic-acid-methyl-ester (2.2.5) għall-eqreb 0,1 mg fi flixkun bil-qiegħ tond u żid 50 ml soluzzjoni ta' idrossidu ta' potassju etanoliku (2.2.6) u xi ftit frak imrammel jagħli Wara li tqiegħed il-kondensatur tar-rifluss, għalli għal siegħa. Wara li jibirdu, aħsel il-kondensatur u l-ġonta ta' ħġieġ mitħun b'daqs 30 ml etanol, u żid dawn is-sustanzi tal-ħasil mal-kontenut tal-flixkun,. Iddoża s-soluzzjoni b'aċidu tal-kubrit ma' fenolftalein sakemm jispiċċa bla kulur. Ittrasferixxi din is-soluzzjoni għal ġo flixkun ta' 1 000  ml immarkat bi gradi għall-kejl (2.2.14), iddilwixxi sal-marka b'ilma deonizzata u ħawwad.

Parti minn din is-soluzzjoni ta' ħażna ta' surfactants imbagħad tkompli tiġi miżjuda bl-ilma.Oħroġ 25 ml, ittrasferixxi għal ġo flixkun ta' 500 ml immarkat bi gradi għall-kejl (2.2.13), iddilwixxi sal-marka b'ilma deonizzata u ħawwad.

Din is-soluzzjoni standard fiha:

image

fejn E hi l-piż tal-kampjun f'mg.

Biex tistabbilixxi l-kurva ta' kalibrazzjoni, iġbed lura porzjonijiet ta' 1, 2, 4, 6 8 ml tas-soluzzjoni standard u iddilwixxi kull wieħed b'100 ml ilma deonizzata. Imbagħad kompli kif hemm taħt il-punt 2.3 inkluża determinazzjoni in bjank.

2.5.   Kalkolu ta' riżultati

L-ammont ta' surfactant anjoniku (MBAS) fil-kampjun jinqara mill-kurva ta' kalibrazzjoni (2.4). Il-kontenut ta' MBAS tal-kampjun jingħata b'din il-formola:

image

fejn: V = volum f'ml tal-kampjun użat.

Oħroġ ir-riżultati bħala sulfonat ta' dodecylbenzene tas-sodju (MW 348).

2.6.   Espressjoni ta' riżultati

Oħroġ ir-riżultati bħala MBAS mg/l sa l-eqreb 0,1.

3.   Determinazzjoni ta' surfactants m'humiex joniċi f'likuri ta' testijiet dwar biodigradazzjoni

3.1.   Prinċipju

Aġenti attivi f'wiċċ l-ilma huma konċentrati u iżolati bl-istrippjar tal-gass. Fil-kampjun użat, il-kwantità ta' surfactant mhux joniku għandu jkun fil-limiti ta' 250-800 g.

Is-surfactant strippjat jiġi maħlul f'aċetat etiliku.

Wara s-separazzjoni tal-fażi u l-evaporazzjoni tas-solvent, is-surfactant mhux joniku jiġi preċipitat f'soluzzjoni milwiema b'reaġent modifikat Dragendorff (KBiI4 + BaCl2 + aċidu aċetiku glaċjali).

Il-preċipitat jiġi filtrat, jinħasel b'aċidu aċetiku glaċjali u soluzzjoni ta' tartrat ta' l-ammonju. Il-bismut fis-soluzzjoni jiġi titratat potenzjometrikament b'soluzzjoni pyrrolidinedithiocarbamate ta' pH 4-5 bl-użu ta' elettrodu indikatur ta' platinu luminuż u elettrodu ta' referenza kalomel jew tal-fidda/klorur tal-fidda Il-metodu hu applikabbli għal surfactants m'humiex joniċi li jkun fihom 6-30 gruppi ta' ossidu alkilin.

Ir-riżultat tat-titrazzjoni jiġi moltiplikat bil-fattur empiriku ta' 54 għal konverżjoni għas-sustanza ta' referenza nonilfenol kondensata b'10 mol ossidu ta' l-etilin (NP 10).

3.2.   Reaġenti u apparat

Reaġenti għandhom isiru f'ilma deonizzata.

3.2.1.

Aċitat ta' l-etile pur, distillat frisk.

3.2.2.

Bikarbonat tas-sodju, NaHCO3 AR.

3.2.3.

Iddilwixxi aċidu idrokloriku (20 ml aċidu konċentrat (HCI) dilwit sa 1 000  ml bl-ilma)

3.2.4.

Metanol AR, distillat frisk, miżmum fi flixkun tal-ħġieġ.

3.2.5.

Bromokresol vjola, 0,1 g f'100 ml metanol.

3.2.6.

Aġent li jippreċipita: l-aġent li jippreċipita hu taħlita ta' żewġ volumi tas-soluzzjoni A u volum wieħed tas-soluzzjoni B. It-taħlita tinħażen fi flixkun kannella u tista' tibqa' tintuża sa ġimgħa wara li tkun saret it-taħlita.

3.2.6.1.   Soluzzjoni A

Ħoll 1.7 g nitrat tal-bismut, BiONO3.H2O AR, f'20 ml aċidu aċetiku glaċjali, u żidu bl-ilma sa 100 ml. Imbagħad ħoll 65 g jodur tal-potassju AR f'200 ml ilma. Ħawwad dawn iż-żewġ soluzzjonijiet fi flixkun tal-kejl ta' 1 000  ml., żid 200 ml aċidu aċetiku glaċjali (3.2.7) u żidu bl-ilma sa 1 000  ml

3.2.6.2.   Soluzzjoni B

Ħoll 290 g klorur tal-barju, BaCl2.2H2O AR, f'1 000  ml ilma.

3.2.7.

Aċidu aċetiku glaċjali 99-100 % (konċentrazzjonijiet aktar baxxi m'humiex addattati).

3.2.8.

Soluzzjoni ta' tartrat ta' l-ammonju: ħawwad 12,4 g aċidu tartariku AR u 12,4 ml soluzzjoni ta' l-ammonja AR (d = 0,910 g/ml) u żid bl-ilma sa 1 000  ml (jew uża l-ammont ekwivalenti ta' tartrat ta' l-ammonju AR)).

3.2.9.

Iddilwixxi soluzzjoni ta' l-ammonja: 40 ml soluzzjoni ta' l-ammonja AR (d = 0,910 g/ml) miżjuda bl-ilma sa 1 000  ml.

3.2.10.

Sustanza standard li żżomm l-aċetat: ħoll 40 g idrossidu tas-sodju solidu AR, f'500 ml ilma f'tazza biż-żennuna u ħallih jiksaħ. Żid 120 ml aċidu aċetiku glaċjali (3.2.7). Ħawwad sew, ħalli jiksaħ u itfgħu fi flixkun volumetriku ta' 1 000  ml. Żidu bl-ilma sal-marka.

3.2.11.

Soluzzjoni Pyrrolidinedithiocarbamate (magħrufa bħala “soluzzjoni ta' karbat”): ħoll 103 mg pyrrolidinedithiocarbamate tas-sodju, C5H8NNaS2.2H2O, f'500 ml ilma, żid 10 ml alkoħol namil AR u 0,5 g NaHCO3 AR, u żid bl-ilma sa 1 000  ml.

3.2.12.

Soluzzjoni ta' sulfat tar-ram (għal standardizzazzjoni ta' 3.2.11).

SOLUZZJONI STOKK

Ħawwad 1,249 g sulfat tar-ram, CuSO4.5H2O AR, ma' 50 ml aċidu bil-kubrit 0,5 M.

SOLUZZJONI STANDARD

Ħawwad 50 ml soluzzjoni stokk ma' 10 ml 0,5 M H2SO4 u żid bl-ilma sa 1 000  ml.

3.2.13.

Klorur tas-sodju AR.

3.2.14.

Apparat għall-istrippjar tal-gass (ara l-Figura 5).

Id-dijametru tad-disk sinterizzat irid ikun l-istess bħad-dijametru ta' ġewwa taċ-ċilindru.

3.2.15.

Lenbut li jissepara, 250 ml.

3.2.16.

Oġġett manjetiku li tħawwad bih b'kalamita ta' 25-30 mm.

3.2.17.

Griġjol “Grooch”, diametru tal-bażi perforata = 25 mm, Tip G4.

3.2.18.

Karti tondi b'filamenti tal-ħġieg għall-iffiltrar, 27 mm diametru bid-diametru tal-fibra 0,3-1,5 m.

3.2.19.

Żewġ flixken għall-iffiltrar b'adatturi u għenuq tal-lastiku, 500 u 250 ml rispettivament.

3.2.20.

Potenzjometru reġistratur mgħammar b'elettrodu indikatur tal-platinu luminuż u elettrodu ta' referenza kalomel jew tal-fidda/klorur tal-fidda fil-limiti ta' 250 mV, bil-buretta awtomatika tesa' 20-25 ml, jew tagħmir manwali alternattiv.

3.3.   Metodu

3.3.1.   Konċentrazzjoni u separazzjoni tas-surfactant

Iffiltra l-kampjun milwiem minn karta kwalitattiva li tiffiltra. Armi l-ewwel 100 ml tal-filtrat.

Fl-apparat ta' l-istrippjar, maħsul minn qabel bl-aċetat ta' l-etile, daħħal kwantità mkejla tal-kampjun, hekk li jkun fiha bejn 250-800 g surfactant mhux joniku.

Biex ittejjeb is-separazzjoni żid 100 g klorur tas-sodju u 5 g bikarbonat tas-sodju.

Jekk il-volum tal-kampjun ikun aktar minn 500 ml, żid dawn is-sustanzi ta' melħ ma' l-apparat ta' l-istrippjar f'għamla solida, u ħoll billi tgħaddi minnu n-nitroġenu jew l-arja.

Jekk jintuża kampjun ta' daqs iżgħar, ħoll is-sustanzi ta' melħ f'400 ml ilma imbagħad żidu ma' l-apparat ta' l-istrippjar.

Żid l-ilma biex iġġib il-livell sal-vit ta' l-ilma ta' fuq.

B'attenzjoni żid 100 ml aċetat ta' l-etile fuq l-ilma.

Imla l-flixkun tal-ħasil fil-linja tal-gass (nitroġenu jew arja) sa żewġ terzi b' aċitat ta' l-etile.

Għaddi fluss ta' gass ta' 30-60 l/s minn ġo l-apparat; l-użu ta' miter tal-fluss hu rakkomandat. Ir-rata ta' arjazzjoni għandha tiżdied bil-mod għall-bidu. Ir-rata tal-gass trid tiġi aġġustata b'mod li l-fażijiet jibqgħu notevolment separati biex ikun minimizzat it-taħlit tal-fażijiet u s-soluzzjoni ta' l-aċitat ta' l-etile fl-ilma. Waqqaf il-fluss tal-gass wara ħames minuti.

Jekk ikunn hemm tnaqqis ta' aktar minn 20 % fil-volum tal-fażi organika minn ġo s-soluzzjoni fl-ilma, is-sublazzjoni trid tiġi ripetuta b'attenzjoni speċjali għar-rata tal-fluss tal-gass.

Għaddi l-fażi organika f'lenbut li jissepara. Itfa' lura l-ilma li jkun hemm fil-lenbut li jissepara mill-fażi milwiema - din għandha tkun biss ta' ftit ml - lill-apparat ta' l-istrippjar. Iffiltra l-fażi ta' l-aċitat ta' l-etile minn karta filtru kwalitattiv xott għal ġo tazza ta' 250 ml biż-żennuna.

Itfa' 100 ml aċitat ta' l-etile ieħor fl-apparat ta' l-istrippjar u erġa' għaddi n-nitroġenu jew l-arja għal ħames minuti. Oħroġ il-fażi organika għal ġol-lenbut użat għall-ewwel separazzjoni, neħħi l-fażi milwiema u għaddi l-fażi organika minn ġo l-istess filtru bħall-ewwel porzjon ta' aċitat ta' l-etile. Laħlaħ kemm il-lenbut li jissepara u kemm il-filtru f'madwar 20 ml aċitat ta' l-etile.

Evapora l-estratt ta' l-aċitat ta' etile sakemm jixxotta bl-użu ta' banju bl-ilma (kamra ventilata għall-ħżin ta' kimiċi perikolużi). Mexxi fluss ħafif ta' arja għal fuq il-wiċċ tas-soluzzjoni biex tħaffef l-evaporazzjoni.

3.3.2.   Preċipitazzjoni u filtrazzjoni

Ħoll ir-residwu xott minn 3.3.1 f'5 ml metanol, żid 40 ml ilma u 0,5 ml dilwit HCI (3.2.3) u ħawwad it-taħlita b'oġġett manjetiku li jħawwad.

Ma' din is-soluzzjoni żid 30 ml ta' aġent li jippreċipita minn ċilindru ta' tkejjil. Il-preċipitat jifforma wara taħwid ripetut. Wara li tħawwad għal għaxar minuti ħalli t-taħlita toqgħod għal mill-inqas ħames minuti.

Iffiltra t-taħlita minn griġjol “Gooch”, li l-bażi tiegħu tkun mgħottija b'karta b'filamenti tal-ħġieġ li tiffiltra. L-ewwel aħsel il-filtru li tkun qed tinġibed l-arja minnu b'madwar 2 ml aċidu aċetiku glaċjali. Imbagħad aħsel sew it-tazza biż-żennuna, il-kalamita, u l-griġjol b'aċidu aċetiku glaċjali. M'hemmx bżonn li tittrasferixxi kwantitattivament il-preċipitat li jeħel mal-ġnub tat-tazza, mal-filtru, għax is-soluzzjoni tal-preċipitat mit-titrazzjoni tmur lura fit-tazza li tippreċipita, u l-preċipitat li jkun baqa' mbagħad jinħall.

3.3.3.   Taħlil tal-preċipitat

Ħoll il-preċipitat fil-griġjol filtru biż-żjieda ta' soluzzjoni sħuna ta' tartrat ta' l-ammonju (madwar 80°Ċ) (3.2.8) fi tliet porzjonijiet ta' 10 ml kull wieħed. Ħalli kull porżjon joqgħod fil-griġjol għal xi ftit minuti qabel ma jinġibed bl-arja mill-filtru għal ġol-flixkun.

Qiegħed il-kontenut tal-flixkun filtru fit-tazza biż-żennuna wżata għall-preċipitazzjoni. Laħlaħ il-ġnub tat-tazza b'20 ml oħra ta' soluzzjoni tat-tartrat biex iħoll il-kumplament tal-preċipitat.

Aħsel b'attenzjoni l-griġjol, l-adattur u l-flixkun filtru b'150-200 ml ilma, u erġa' qiegħed lura l-ilma tat-tlaħliħ fit-tazza użata għall-preċipitazzjoni.

3.3.4.   It-titrazzjoni

Ħawwad is-soluzzjoni bl-użu ta' oġġett manjetiku li jħawwad (3.2.16), żid ftit qatriet ta' bromokresol vjola (3.2.5) u żid is-soluzzjoni ta' dilwit ta' l-ammonja (3.2.9) sakemm il-kulur isir vjola (is-soluzzjoni għall-bidu tkun aċidu dgħajjef mir-residwu ta' aċidu aċetiku użat għat-tlaħliħ.

Imbagħad żid 10 ml sustanza standard li żżomm l-aċetat (3.2.10), għaddas l-elettrodi fis-soluzzjoni, u ittitra potenzjometrikament b' “soluzzjoni ta' karbat”standard (3.2.11), bil-ponta tal-buretta mgħaddsa fis-soluzzjoni.

Ir-rata tat-titrazzjoni m'għandhiex tkun aktar minn 2 ml/min.

L-aħħar stadju tal-proċess ikun l-intersezzjoni tat-tanġenti taż-żewġ friegħi tal-kurva potenzali.

Jiġi osservat okkażjonalment li l-inflessjoni fil-kurva potenzali tiċċattja; dan jista' jiġi eliminat bit-tindif b'attenzjoni ta' l-elettrodu tal-platinu (billi jiġi polixxjat b'karta miksija bl-iżmerill).

3.3.5.   Determinazzjonijiet in bjank

Fl-istess ħin ħaddem determinazzjoni in bjank fil-proċedura kollha b'5ml metanol u 40 ml ilma, skond l-istruzzjonijiet fi 3.3.2. It-titrazzjoni in bjank għandha tkun inqas minn 1 ml, inkella l-purità tar-reaġenti (3.2.3. 3.2.7, 3.2.8, 3.2.9, 3.2.10) tkun f'suspett, speċjalment il-kontenut ta' metalli tqal tagħhom, u jkollhom jiġu sostitwiti. Dik li tkun in bjank trid tiġi kunsidrata fil-kalkolu tar-riżultati.

3.3.6.   Kontroll tal-fattur tas-“soluzzjoni ta' karbat”

Iddetermina l-fattur għas-soluzzjoni ta' karbat fil-ġurnata ta' l-użu. Biex tagħmel dan, ittitra 10 ml soluzzjoni tas-sulfat tar-ram (3.2.12) ma' “soluzzjoni ta' karbat” wara li tkun żidt 100 ml ilma u 10 ml sustanza standard li żżomm l-aċetat(3.2.10). Jekk l-ammont użat ikun ml, il-fattur ikun:

image

u r-riżultati kollha tat-titrazzjoni jiġu multiplikati b'dan il-fattur.

3.4.   Kalkolu tar-riżultati

Kull surfactant mhux joniku għandu l-fattur tiegħu, skond id-komposizzjoni tiegħu, b'mod partikolari mit-tul tal-katina ta' l-ossidu ta' l-alkin. Il-konċentrazzjoni ta' surfactant mhux alkoħoliku tkun espressa f'relazzjoni ma' sustanza standard - fenol nonil b'għaxar unitajiet ta' ossidu ta' l-etilin (NP 10) - li għalihom il-fattur ta' konverżjoni huwa 0,054.

Bl-użu ta' dan il-fattur l-ammont ta' surfactant preżenti fil-kampjun ikun espress f'mg ta' l-ekwivalent NP 10, kif ġej:

(b - c) xfx 0,054 = mg ta' surfactant mhux joniku bħala NP 10

fejn:

b

=

volum ta' “souzzjoni ta' karbat” użat bil-kampjun (ml),

ċ

=

volum ta' “soluzzjoni ta' karbat” użat minn dak li jkun in bjank (ml),

f

=

fattur tas-“soluzzjoni ta' karbat”.

3.5.   Espressjoni ta' riżultati

Uri r-riżultati mg/l bħala NP 10 għall-eqreb 0,1.

4.   Trattament preliminari ta' surfactants joniċi li għandhom jiġu testjati

4.1.   Noti preliminari

4.1.1.   Trattament tal-kampjuni

It-trattament ta' aġenti anjoniċi attivi f'wiċċ l-ilma u diterġenti formolati qabel id-determinazzjoni ta' biodigradibiltà primarja fit-test konfermattiv huwa:


Prodott

Trattament

Surfactants anjoniċi

Xejn

Diterġenti formolati

Estrazzjoni alkoħolika segwita b'separazzjoni ta' surfactants anjoniċi b'tibdil ta' jone

L-għan ta' estrazzjoni alkoħolika huwa li jelimina l-ingredjenti li ma jdubux u inorganiċi tal-prodott kummerċjali, illi f'ċerti ċirkostanzi jistgħu igerfxu t-test dwar biodigradibiltà.

4.1.2.   Proċedura dwar bdil ta' joni

Iżolament u separazzjoni ta' aġenti anjoniċi attivi f'wiċċ l-ilma minn sapun u surfactants m'humiex joniċi u katjoniċi huma meħtieġa f'testijiet korretti dwar biodigradibiltà.

Dan jintlaħaq b'teknika ta' tibdil ta' joni bl-użu ta' raża makro-poruża għal bdil u eluwenti addattati għal elużjoni frazzjonali. Hekk sapun u surfactants anjoniċi u m'humiex jistgħu jiġu iżolati bi proċedura waħda.

4.1.3.   Kontroll analitiku

Wara l-omoġenizzazzjoni, l-konċentrazzjoni ta' surfactants anjoniċi fid-diterġent sintetiku tiġi determinata skond il-proċedura analitika MBAS. Il-kontenut ta' sapun jiġi determinat b'metodu analitiku xieraq.

Din l-analizi tal-prodotti hi meħtieġa biex ikunu kalkolati l-kwantitajiet li hemm bżonn għall-preparazzjoni ta' frazzjonijiet għat-test ta' biodigradibiltà.

Estrazzjoni kwantitattiva mhix meħtieġa; madankollu, mill-inqas 80 % tas-surfactants anjoniċi għandhom jiġu estratti. Normalment jinkisbu 90 % jew aktar.

4.2.   Prinċipju

Minn kampjun omoġenu (trabijiet, pasti xotti u likwidi mnixxfa) jinkiseb estratt ta' l-etanol li jkun fih is-surfactants, sapun u kostitwenti oħra solubbli bl-alkoħol tal-kampjun ta' diterġent sintetiku.

L-estratt ta' etanol jiġi evaporat sa ma jixxotta, maħlul f'taħlita ta' isopropanol/ilma u s-soluzzjoni miksuba tiġi mgħoddija minn tagħqida aċiduża ħafna ta' bdil ta' katjoni/bdil ta' anjoni makro-porużi msaħħna sa 50°Ċ. Din it-temperatura hemm bżonnha biex ma tippermettix il-preċipitazzjoni ta' xi aċidi grassi li jistgħu jkunu preżenti f'mezzi aċidużi.

Kull surfactants m'humiex joniċi jibqgħu fl-effluwent.

Aċidi grassi tas-sapun jiġu separati bl-estrazzjoni bl-etanol li jkun fih CO2. Is-surfactants anjoniċi mbagħad jinkisbu bħala sustanzi ta' melħ ta' l-ammonju, b'elużjoni ma' soluzzjoni isopropanolika milwiema ta' bikarbonat ta' l-ammonju. Dawn is-sustanzi ta' melħ huma wżati għat-test dwar digradazzjoni.

Surfactants katjoniċi li jistgħu igerfxu t-test ta' biodigradibiltà u l-proċedura analitika jiġu eliminati bl-iskambjatur tal-katjoni imqiegħed fuq l-iskambjatur ta' l-anjoni.

4.3.   Kimiċi u apparat

4.3.1. Ilma deonizzata

4.3.2. Etanol, 95 % (v/v) C2H5OH (żnaturant permissibbli: keton ta' etile ta' metil jew metanol)

4.3.3. Taħlita ta' isopropanol/ilma (50/50 v/v):

— 50 parti b'volum ta' isopropanol, CH3CHOH.CH3, u

— 50 parti b'volum ta' ilma (4.3.1)

4.3.4. Soluzzjoni ta' diossidu tal-karbonju fl-etanol(bejn wieħed u ieħor 0,1 % CO2): bl-użu ta' tubu skarikatur b' sinter ġo fih, għaddi d-dijossidu tal-karbonju, CO2, mill-etanol (4.3.2) għal għaxar minuti. Uża soluzzjonijiet friski biss

4.3.5. Soluzzjoni ta' bikarbonat ta' l-ammonju (60/40 v/v): 0,3 mol NH4HCO3 f'1 000  ml taħlita ta' isopropanol/ilma li tikkonsisti f'60 parti b'volum ta' isopropanol u 40 parti b'volum ta' ilma (4.3.1)

4.3.6. Skambjatur ta' katjoni (KAT), aċiduż ħafna, reżistenti għall-alkoħol (50-100 mesh)

4.3.7. Skambjatur ta' anjoni (AAT), makro-poruż,, Merck Lewatit MP 7080 (70-150 mesh) jew ekwivalenti

4.3.8. Aċidu idrokloriku, 10 % HCl (w/w)

4.3.9. Flixkun ta' l-2 000  ml bil-qiegħ b'tapp tal-ħġieġ mitħun u kondensatur tar-rifluss

4.3.10. Filtru li jiġbed b'diametru ta' 90 mm (jissaħħan) għal karti filtru

4.3.11. Flixkun filtru ta' 2 000  ml

4.3.12. Kolonni ta' l-iskambju b'għata għas-sħana u vit: tubu ta' ġewwa ta' 60 mm diametru u 450 mm għoli (ara Figura 4)

4.3.13. Banju għall-ilma

4.3.14. Forn għat-tnixxif b'vakwu

4.3.15. Termostat

4.3.16. Evaporatur ċirkolari

4.4.   Preparazzjoni ta' l-estratt u separazzjoni ta' aġenti attivi anjoniċi

4.4.1.   Preparazzjoni ta' l-estratt

Il-kwantità meħtieġa ta' surfactants li hemm bżonn għat-test ta' digradazzjoni hi ta' madwar 50 g MBAS.

Normalment, il-kwantità ta' prodott li trid tiġi estratta ma tkunx aktar minn 1 000  g, iżda jista' jkun hemm il-bżonn ta' estrazzjoni ta' kwantitajiet oħra. Għal raġunijiet prattiċi, l-kwantità ta' prodott użat għandu l-biċċa l-kbira jkun limitat għal 5 000  g fil-preparazzjoni ta' estratti għat-test ta' biodigradazzjoni.

L-esperjenza wriet li hemm vantaġġi meta jintużaw numru ta' estrazzjonijiet żgħar pjuttost minn estrazzjoni waħda kbira. Il-kwantitajiet speċifikati ta' l-iskambjatur huma maħsuba għal kapaċità għax-xogħol ta' 600-700 mmoli ta' surfactants u sapun.

4.4.2.   Iżolament ta' kostitwenti solubbli bl-alkoħol

Żid 250 g tad-diterġent sintetiku li għandu jiġi analizzat ma'1 250 ml etanol, saħħan it-taħlita sa ma tagħli u erġa' għalli għal siegħa permezz ta' rifluss waqt li tħawwad. Għaddi s-soluzzjoni alkoħolika sħuna minn ġo filtru ta' ġbid bil-pori rozzi msaħħan sa 50°Ċ u filtra malajr. Aħsel il-flixkun u l-filtru li jiġbed b'madwar 200 ml etanol sħun. Iġbor il-filtrat u l-ħasil tal-filtru fi flixkun filtru.

Fil-każ ta' pasti jew prodotti likwidi li jridu jiġu analizzati, kun żgur li l-kampjun ma jkunx fih aktar minn 55 g surfactants anjoniċi u 35 g sapun. Evapora dan il-kampjun miżun sa ma jixxotta. Ħoll ir-residwu f'2 000  ml etanol u kompli kif deskritt hawn fuq. Fil-każ ta' trabijiet b'densità evidenti baxxa (<300 g/l) hu rakkomandat li żżid il-proporzjon ta' etanol fir-relazzjoni 20:1. Evapora l-filtrat etanoliku sa ma jixxotta, preferibbilment b'evaporatur ċirkolari. Irrepeti l-operazzjoni jekk ikun hemm bżonn ta' kwantità akbar ta' estratt. Ħoll ir-residwu f'taħlita ta' 5 000  ml isopropanol/ilma.

4.4.3.   Preparazzjoni ta' kolonni ta' bdil ta' joni

KOLONNA GĦALL-BDIL TA' KATJONI

Qiegħed 600 ml raża mill-bdil ta' katjoni (4.3.6) f'tazza ta' 3 000  ml biż-żennuna u għatti billi żżid 2 000  ml aċidu idrokloriku (4.3.8). Ħallih joqgħod għal mill-inqas sagħtejn, u ħawwad kultant.

Ferra' l-aċidu bil-mod u għaddi r-raża għal ġol-kolonna (4.3.12) permezz ta' ilma deonizzata. Il-kolonna għandha jkollha tapp tal-filamenti tal-ħġieġ.

Aħsel il-kolonna b'ilma deonizzata b'rata ta' 10-30 ml/min sakemm l-eluwat ikun ħieles mill-klorid.

Sposta l-ilma b'taħlita ta' 2 000  ml isopropanol/ilma (4.3.3) b'rata ta' 10-30 ml/min. Il-kolonna tal-bdil hawn tkun lesta biex taħdem.

KOLONNA TA' SKAMBJU ANJONIKU

Qiegħed 600 ml raża ta' l-iskambju anjoniku (4.3.7) f'tazza ta' 3 000  ml biż-żennuna u għatti billi żżid 2 000  ml ilma deonizzata.

Ħalli r-raża tintefaħ għal mill-inqas sagħtejn.

Ittrasferixxi r-raża għal ġol-kolonna permezz ta' ilma deonizzata. Il-kolonna għandha jkollha tapp tal-filamenti tal-ħġieġ.

Aħsel il-kolonna b'soluzzjoni ta' bikarbonat ta' l-ammonju 0,3 M sakemm imur il-klorid. Dan jieħu madwar 5 000  ml ta' soluzzjoni. Erġa' aħsel b' 2 000  ml ta' ilma deonizzata. Sposta l-ilma b'taħlita ta' 2 000  ml isopropanol/ilma (4.3.3) b'rata ta' 10-30 ml/min. Il-kolonna ta' l-iskambju issa qiegħda fil-forma OH u lesta biex taħdem.

4.4.4.   Proċedura dwar bdil ta' joni

Ikkonnettja l-kolonni ta' l-iskambju hekk li l-kolonna tal-bdil ta' katjoni titqiegħed fuq il-kolonna tal-bdil ta' anjoni.

Saħħan il-kolonni tal-bdil sa 50°Ċ bl-użu ta' kontroll termostatiku.

Saħħan 5 000  ml tas-soluzzjoni miksuba fil-punt 4.4.2 sa 60°Ċ u għaddi s-soluzzjoni mill-exchanger combination b'rata ta 20 ml/min. Aħsel il-kolonni b'taħlita ta' 1 000  ml isopropanol/ilma (4.3.3).

Biex tikseb l-aġenti anjoniċi attivi f'wiċċ l-ilma (MBAS), skonnettja l-kolonna KAT Bl-użu ta' 5 000  ml soluzzjoni etanol/CO2 f'temperatura ta' 50°Ċ (4.3.4), eluwixxi l-aċidi tas-sapun bil-grass barra mill-kolonna KAT. Armi l-eluwat.

Imbagħad eluwixxi l-MBAS barra mill-kolonna AAT b'soluzzjoni ta' 5 000  ml bikarbonat ta' l-ammonju(4.3.5). Evapora l-eluwat sa ma jixxotta bl-użu ta' banju bil-fwar jew f'evaporatur ċirkolari.

Ir-residwu jkun fih l-MBAS (bħala melħ ta' l-ammonju) u possibbilment anjoniċi m'humiex surfactants li m'għandhom l-ebda effett ħażin fuq it-test ta' biodigradibilità. Żid ilma deonizzata mar-residwu sakemm jinkiseb volum definit u iddetermina l-MBAS f'alikwot. Is-soluzzjoni tintuża bħala soluzzjoni standard tad-diterġenti sintetiċi anjoniċi għat-test ta' biodigradibilta. Is-soluzzjoni trid tinżamm f'temperatura ta' inqas minn 5 °Ċ.

4.4.5.   Riġenerazzjoni ta' rażi għall-bdil ta' joni

L-iskambjatur katjoniku jintrema wara l-użu.

Meta tgħaddi 'l isfel kwantità addizzjonali ta' soluzzjoni ta' bikarbonat ta' l-ammonju (4.3.5) fil-kolonna b'rata ta' fluss ta' madwar 10 ml/min sakemm l-eluwat ikun ħieles mis-surfactants anjoniċi (test tal-blu tal-metilin) tirriġenera r-raża ta' l-iskambju anjoniku.

Imbagħad għaddi 'l isfel 2 000  ml taħlita isopropanol/ilma (4.3.3) minn ġo l-iskambjatur anjoniku biex taħsel. L-iskambjatur anjoniku hawn ikun lest għall-operazzjoni.

5.   Trattament preliminari ta' surfactants m'humiex joniċi li għandhom jiġu testjati

5.1.   Noti preliminari

5.1.1.   Trattament tal-kampjuni

It-trattament ta' aġenti m'humiex joniċi attivi f'wiċċ l-ilma u diterġenti formolati qabel id-determinazzjoni ta' biodigradibiltà primarja fit-test konfermattiv hu:


Prodotti

Trattament

Surfactants m'humiex joniċi

Xejn

Diterġenti formolati

Estrazzjoni alkoħolika segwita b'separazzjoni tas-surfactants m'humiex joniċi bi bdil ta' joni

L-għan ta' l-estrazzjoni alkoħolika hu li jelimina l-ingredjenti li ma jinħallux u organiċi tal-prodott kummerċjali, li f'xi ċirkostanzi jistgħu jħawdu t-test ta' biodigradibiltà.

5.1.2.   Proċedura ta' bdil ta' joni

Iżolament u separazzjoni ta' aġenti m'humiex joniċi attivi f'wiċċ l-ilma minn sapun u surfactants anjoniċi u katjoniċi huma meħtieġa għal testijiet korretti dwar biodigradibiltà.

Dan jinkiseb b'teknika ta' bdil ta' joni bl-użu ta' raża makro-poruża u eluwanti addattati għal elużjoni frazzjonali. Hekk surfactants ta' sapun, anjoniċi u m'humiex jistgħu jiġu iżolati bi proċedura waħda.

5.1.3.   Kontroll analitiku

Wara l-omoġenizzazzjoni, l-konċentrazzjoni ta' surfactants anjoniċi u m'humiex joniċi fid-diterġent hi determinata skond il-proċedura analitika ta' MBAS u BiAS. Il-kontenut ta' sapun hu determinat b'metodu analitiku xieraq.

Din l-analiżi tal-prodott hi meħtieġa biex ikunu kalkolati l-kwantitajiet li jkun hemm bżonn fil-preparazzjoni ta' frazzjonijiet għat-testijiet ta' biodigradibiltà.

Estrazzjoni kwantitattiva mhix neċessarja; madankollu, mill-inqas 80 % tas-surfactants m'humiex joniċi għandhom jiġu estratti. Normalment, jinkiseb 90 % jew aktar.

5.2.   Prinċipju

Minn kampjun omoġenu (trabijiet, pasti mnixxfa u likwidi mnixxfa) jinkiseb estratt ta' etanol li jkun fih is-surfactants, sapun u kostitwenti oħra li jinħallu fl-alkoħol tal-kampjun ta' diterġent.

L-estratt ta' etanol jiġi evaporat sa ma jixxotta, maħlul f'taħlita ta' isopropanol/ilma u s-soluzzjoni miksuba tiġi mgħoddija minn tagħqida aċiduża ħafna ta' bdil ta' katjoni/bdil ta' anjoni makro-porużi msaħħna sa 50°Ċ. Din it-temperatura hemm bżonnha biex ma tippermettix il-preċipitazzjoni ta' xi aċidi grassi li jistgħu jkunu preżenti f'mezzi aċidużi. Is-surfactants m'humiex joniċi jinkisbu mill-effluwent b'evaporazzjoni.

Surfactants katjoniċi, li jistgħu iħarbtu t-test dwar digradazzjoni u l-proċedura analitika, jiġu eliminati bl-iskambjatur katjoniku mqiegħed fuq l-iskambjatur anjoniku.

5.3.   Kimiċi u apparat

5.3.1. Ilma deonizzata

5.3.2. Etanol, C2H5OH 95 % (v/v) (żnaturant permissibbli: keton ta' metil-etile jew metanol)

5.3.3. Taħlita ta' isopropanol/ilma (50/50 v/v):

— 50 parti b'volum ta' isopropanol, CH3CHOH.CH3, u

— 50 parti b'volum ta' ilma (5.3.1)

5.3.4. Soluzzjoni ta' bikarbonat ta' l-ammonju (60/40 v/v):

0,3 mol NH4HCO3 f'1 000  ml taħlita ta' isopropanol/ilma li tikkonsisti f'60 parti b'volum ta' isopropanol u 40 parti b'volum ta' ilma (5.3.1)

5.3.5. Skambjatur ta' katjoni (KAT), aċiduż ħafna, reżistenti għall-alkoħol (50-100 mesh)

5.3.6. Skambjatur ta' anjoni (AAT), makro-poruż,, Merck Lewatit MP 7080 (70-150 mesh) jew ekwivalenti

5.3.7. Aċidu idrokloriku, 10 % HCl w/w

5.3.8. Flixkun ta' l-2 000  ml bil-qiegħ b'tapp tal-ħġieġ mitħun u kondensatur għar-rifluss

5.3.9. Filtru li jiġbed bi djametru ta' 90 mm (jissaħħan) għal karti filtru

5.3.10. Flixkun filtru ta' 2 000  ml

5.3.11. Kolonni ta' l-iskambju b'għata għas-sħana u vit: tubu ta' ġewwa ta' 60 mm djametru u 450 mm għoli (ara Figura 4)

5.3.12. Banju għall-ilma

5.3.13. Forn għat-tnixxif b'vakwu

5.3.14. Termostat

5.3.15. Evaporatur ċirkolari

5.4.   Preparazzjoni ta' l-estratt u separazzjoni ta' aġenti attivi m'humiex joniċi

5.4.1.   Preparazzjoni ta' estratt

Il-kwantità meħtieġa ta' surfactants li hemm bżonn għat-test ta' digradazzjoni hi ta' madwar 25 g BiAS.

Fil-preparazzjoni ta' estratti għat-testijiet ta' digradazzjoni, l-kwantita ta' prodott li għandha tiġi wżata għandha tkun limitata għal massimu ta' 2 000  g. Għalhekk jista' jkun meħtieġ li l-operazzjoni ssir għal darbtejn jew aktar biex tinkiseb kwantità biżżejjed għat-testijiet ta' digradazzjoni.

L-esperjenza wriet li hemm vantaġġi fl-użu ta' estrazzjonijiet żgħar pjuttost milli estrazzjoni waħda kbira.

5.4.2.   Iżolament ta' kostitwenti li jinħallu fl-alkoħol

Żid 250 g tad-diterġent sintetiku li għandu jiġi analizzat ma' 1 250  ml etanol u saħħan it-taħlita sa ma tagħli u erġa għalli għal siegħa permezz ta' rifluss waqt li tħawwad. Għaddi s-soluzzjoni alkoħolika sħuna minn ġo filtru ta' ġbid b'pori rozzi msaħħan sa 50°Ċ u filtra malajr.Aħsel il-flixkun u l-filtru li jiġbed b'madwar 200 ml etanol sħun. Iġbor il-filtrat u l-ħasil tal-filtru fi flixkun filtru.

Fil-każ ta' pasti jew prodotti likwidi li jridu jiġu analizzati, kun żgur li l-kampjun ma jkunx fih aktar minn 25 g surfactants anjoniċi u 35 g sapun. Evapora dan il-kampjun miżun sa ma jixxotta. Ħoll ir-residwu f'500 ml etanol u kompli kif deskritt hawn fuq. Fil-każ ta' trabijiet b'densità evidenti baxxa (<300 g/l) hu rakkomandat li żżid il-proporzjon ta' etanol fir-relazzjoni 20:1.

Evapora l-filtrat etanoliku sa ma jixxotta, preferibbilment b'evaporatur ċirkolari. Irrepeti l-operazzjoni jekk ikun hemm bżonn ta' kwantità akbar ta' estratt. Ħoll ir-residwu f'taħlita ta' 5 000  ml isopropanol/ilma.

5.4.3.   Preparazzjoni ta' kolonni għall-bdil ta' joni

KOLONNA GĦALL-BDIL TA' KATJONI

Qiegħed 600 ml raża għall-bdil ta' katjoni(5.3.5) f'tazza ta' 3 000  ml biż-żennuna u għatti billi żżid 2 000  ml aċidu idrokloriku (5.3.7). Ħallih joqgħod għal mill-inqas sagħtejn, u ħawwad kultant.

Ferra' l-aċidu bil-mod u għaddi r-raża għal ġol-kolonna (5.3.11) permezz ta' ilma deonizzata. Il-kolonna għandha jkollha tapp tal-filamenti tal-ħġieġ. Aħsel il-kolonna b'ilma deonizzata b'rata ta' 10-30 ml/min sakemm l-eluwat ikun ħieles mill-klorur.

Sposta l-ilma b'taħlita ta' 2 000  ml isopropanol/ilma (5.3.3) b'rata ta' 10-30 ml/min. Il-kolonna tal-bdil hawn tkun lesta biex taħdem.

KOLONNA TA' SKAMBJU ANJONIKU

Qiegħed 600 ml raża ta' skambju anjoniku (5.3.6) f'tazza ta' 3000 ml biż-żennuna u għatti billi żżid 2 000  ml ilma deonizzata Ħalli r-raża tintefaħ għal mill-inqas sagħtejn. Ittrasferixxi r-raża għal ġol-kolonna permezz ta' ilma deonizzata. Il-kolonna għandha jkollha tapp tal-filamenti tal-ħġieġ.

Aħsel il-kolonna b'soluzzjoni ta' bikarbonat ta' l-ammonju 0,3 M sakemm imur il-klorur. Dan jieħu madwar 5 000  ml ta' soluzzjoni. Erġa' aħsel b'2 000  ml ilma deonizzata.

Sposta l-ilma b'taħlita ta' 2 000  ml isopropanol/ilma (5.3.3) b'rata ta' 10-30 ml/min. Il-kolonna ta' l-iskambju issa qiegħda fil-forma OH u lesta biex taħdem.

5.4.4.   Proċedura dwar bdil ta' joni

Ikkonnettja l-kolonni ta' l-iskambju hekk li l-kolonna tal-bdil ta' katjoni titqiegħed fuq il-kolonna ta' bdil ta' anjoni. Saħħan il-kolonni ta' l-iskambju sa 50°Ċ bl-użu ta' kontroll termostatiku. Saħħan 5 000  ml tas-soluzzjoni miksuba fil-punt 5.4.2 sa 60°Ċ u għaddi s-soluzzjoni mill-exchanger combination b'rata ta 20 ml/min. Aħsel il-kolonni b'taħlita ta' 1 000  ml isopropanol/ilma (4.3.3).

Biex tikseb is-surfactants mhux joniċi iġbor il-filtrat u l-ħasil tal-filtru u evapora sakemm jixxotta, preferibbilment permezz ta' evaporatur ċirkolatorju. Ir-residwu jkun fih il-BiAS. Żid ilma deonizzata sakemm jinkiseb volum definit u iddetermina l-kontenut BiAS f'alikwot. Is-soluzzjoni hi użata bħala soluzzjoni standard ta' surfactants m'humiex joniċi għat-test ta' digradazzjoni. Is-soluzzjoni trid tinżamm f'temperatura ta' anqas minn 5 °Ċ.

5.4.5.   Riġenerazzjoni ta' rażi ta' skambju joniku

L-iskambjatur katjoniku jintrema wara l-użu.

Meta tgħaddi 'l isfel 5 000 -6 000  ml ta' soluzzjoni ta' bikarbonat ta' l-ammonju (5.3.4) fil-kolonna b'rata ta' fluss ta' madwar 10 ml/min sakemm l-eluwat ikun ħieles mis-surfactants anjoniċi (test tal-blu tal-metilin) tirriġenera r-raża ta' l-iskambju anjoniku. Imbagħad għaddi 'l isfel 2 000  ml taħlita isopropanol/ilma (5.3.3) minn ġo l-iskambjatur anjoniku biex taħsel. L-iskambjatur anjoniku hawnhekk ikun lest biex jaħdem.

image

Figura 1

Impjant għall-ħama attivat: deskrizzjoni fil-qosor

A

Reċipjent għall-ħażna

B

Strument ta’ dożaġġ

C

Kompartament ta’ arjazzjoni (jesa’ tliet litri)

D

Sedimentatur

E

Pompa li ttella’ bl-arja

F

Kollettur

G

Arjatur sinterizzat

H

Miter għall-fluss ta’ l-arja

I

Arja

image

Figura 2

Impjant għall-ħama attivat: dettall

(qisien f’millimetri)

A

Livell tal-likwidu

B

PVC iebes

C

Ħġieġ jew plastik li ma jgħaddix ilma minnu (PVC iebes)

image

Figura 3

Kalkolu ta’ biodigradibiltà - Test konfermattiv

A

Perjodu ta’ tħaddim tal-bidu F Ħin (ġranet)

B

Perjodu wżat għall-kalkolu (wiehed u ghoxrin jum)

C

Surfactant diġà biodigradabbli

D

Surfactant mhux diġà digradabbli

E

Biodigradazzjoni (%)

F

Time (days)

image

Figura 4

Kolonna msaħħna tal-bdil

(qisien f’millimetri)

image

Figura 5

Apparat għall-istrippjar tal-gass

(qisien f’millimetri)


( 1 ) ĠU C 95, tat-23.04.2003, p. 24.

( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 2003 (għadha ma ġietx pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 (ĠU C 305 E, tas-16.12.2003, p. 11) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Jannar 2004 (għadha ma ġietx pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2004.

( 3 ) ĠU L 347, tas-17.12.1973, p. 51. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122,tas-16.5.2003, p. 36).

( 4 ) ĠU L 347, tas-17.12.1973, p. 53. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 82/243/KEE (ĠU L 109, tat-22.4.1982, p. 11).

( 5 ) ĠU L 109, tat-22.04.1982, p. 1.

( 6 ) ĠU L 109, tat-22.04.1982, p. 18.

( 7 ) ĠU L 80, tal-25.03.1986, p. 51.

( 8 ) ĠU L 291, 10.10.1989, p. 55.

( 9 ) ĠU L 215, 01.08.1998, p. 73.

( 10 ) ĠU L 200, tat-30.7.1999, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

( 11 ) ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 12 ) Id-Direttivi 73/404/KEE u 86/94/KEE.

( 13 ) Id-Direttivi 73/405/KEE u 82/243/KEE.

( 14 ) Id-Direttiva 82/242/KEE.

( 15 ) ĠU L 184, tas-17.07.1999, p. 23.

( 16 ) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/21/KE (ĠU L 57, tal-25.2.2004, p. 4).

( 17 ) ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003.

( 18 ) ĠU L 227, 08.09.1993, p. 9.

( 19 ) ĠU L 161, tad-29.06.1994, p. 3.

( 20 ) ĠU L 123, ta' l-24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 21 ) ĠU L 50, ta' l-20.02.2004, p. 44.

( 22 ) ĠU L 50, ta' l-20.02.2004, p. 28.

( 23 ) ĠU L 358, tat-18.12.1986, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, tas-16.9.2003, p. 32).

( 24 ) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

( 25 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

( 26 ) Dawn testijiet ġew identifikati bħala l-aktar xierqa għas-surfactants.

( 27 ) Il-metodi DOC jistgħu jagħtu riżultati dwar it-tneħħija u mhux dwar il-biodegradazzjoni finali. Ir-Respirometrija Manometrika u l-MITI u l-metodu 2-Phase BOD ma jkunux adattati f'xi każi minħabba li l-konċentrazzjoni inizjali għola tat-test tista’ tkun inibitur.

( 28 ) Inventarju Ewropew ta' Sustanzi Kummerċjali Eżistenti

( 29 ) Lista Ewropea ta' Sustanzi Kimiċi Notifikati

( 30 ) ĠU C 146 A, 15.6.1990, p. 1.

( 31 ) Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 2006, ISSN 1018-5593 EUR 22543 EN.

( 32 ) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, kif korrett mill-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.

( 33 ) Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 2007, ISSN 1018-5593 EUR 20853 EN/3.

( 34 ) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/80/KE (ĠU L 303, 22.11.2005, p. 32).

( 35 ) ĠU L 66, 11.3.2003, p. 26.

( 36 ) ĠU L 187, 20.7.1999, p. 52. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/264/UE (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34).

( 37 ) International Union of Pure and Applied Chemistry.

( 38 ) International Nomenclature Cosmetic Ingredient.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.06.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0648
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.