+Artikolu 1 Suġġett u prinċipji ġenerali
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 3a.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 1 6.
|
Artikolu 1 Suġġett u prinċipji ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja li għandha tintbagħat lill-ANK minn:
(a)
istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li japplikaw standard tal-kontabilità internazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għal rapportar superviżorju fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti, minbarra dawk imsemmija fil-punt (a), li huma soġġetti għal oqfsa tal-kontabilità nazzjonali fuq il-bażi tad-Direttiva 86/635/KEE;
(c)
istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti fuq bażi individwali u friegħi sinifikanti;
(d)
istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti fir-rigward ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajjiż terz;
(e)
istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li japplikaw standards tal-Kontabilità internazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għal rapportar superviżorju fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(f)
istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti, minbarra dawk imsemmija fil-punt (e), li huma soġġetti għal oqfsa tal-kontabilità nazzjonali fuq bażi kkonsolidata bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE;
(g)
istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti fuq bażi individwali u friegħi inqas sinifikanti.
|
|
Artikolu 1 2.
|
Bħala eċċezzjoni għall-Artikoli 7 u 14, istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu ngħataw eżenzjoni rigward l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, skont l-Artikolu 7 jew 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, m’għandhomx ikunu meħtieġa jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja skont dan ir-Regolament. Meta istituzzjonijiet ta’ kreditu ma jirrapportawx informazzjoni finanzjarja superviżorja fuq bażi individwali skont dan il-paragrafu, l-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE kwalunkwe formola speċifikat fl-Anness III jew IV
►M3
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (
1
) ◄ li huma jiġbru b’rabta ma’ dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 1 3.
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fit-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi subkonsolidata skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dawk l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw ukoll fuq bażi subkonsolidata mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata.
|
|
Artikolu 1 3a.
|
Meta istituzzjonijiet prinċipali japplikaw metodu ta’ konsolidazzjoni individwali skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dawk l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament fuq bażi individwali billi japplikaw biss il-metodu ta’ konsolidazzjoni individwali.
|
|
Artikolu 1 4.
|
L-ANK u/jew il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jużaw id-data miġbura skont dan ir-Regolament għal kwalunkwe kompitu ieħor.
|
|
Artikolu 1 5.
|
Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-istandards tal-kontabilità applikati minn entitajiet taħt superviżjoni fil-kontijiet konsolidati jew fil-kontijiet annwali tagħhom, u lanqas ma jibdel l-istandards tal-kontabilità applikati għar-rapportar superviżorju. Billi entitajiet taħt superviżjoni japplikaw standards tal-kontabilità differenti, għandha tintbagħat biss informazzjoni relatata ma’ regoli ta’ valutazzjoni, inklużi metodi għall-istima ta’ telf mir-riskju ta’ kreditu, li jeżistu taħt l-istandards tal-kontabilità rilevanti u li huma applikati mill-entitajiet taħt superviżjoni korrispondenti fuq bażi individwali jew ikkonsolidata. Għal dawn l-iskopijiet, formoli ta’ rapportar speċifiċi huma pprovduti għal entitajiet taħt superviżjoni li japplikaw oqfsa tal-kontabilità nazzjonali bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE. Punti ta’ data fil-formoli li ma japplikawx għall-entitajiet taħt superviżjoni rispettivi ma għandhomx għalfejn jiġu rrapportati.
|
|
Artikolu 1 6.
|
Friegħi sinifikanti u inqas sinifikanti jistgħu jissottomettu l-informazzjoni li huma meħtieġa jipprovdu taħt dan ir-Regolament lill-ANK relevanti permezz tal-istituzzjoni ta’ kreditu li permezz tagħha huma ġew stabbiliti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0534
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|