+Artikolu 6 Format u frekwenza ta’ rapportar fuq bażi individwali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex parti minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni u għal friegħi sinifikanti
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 8.

Artikolu 6 Format u frekwenza ta’ rapportar fuq bażi individwali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex parti minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni u għal friegħi sinifikanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
Istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li japplikaw IFRS skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew għaliex iħejju l-kontijiet annwali tagħhom b’mod konformi mal-istandards tal-kontabilità msemmija fih, jew inkella għaliex japplikawhom għal rapportar superviżorju skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u li mhumiex parti minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-ANK rilevanti fuq bażi individwali. Dan għandu japplika wkoll għal friegħi sinifikanti.
Artikolu 6 2.
Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451, inkluża informazzjoni speċifikata fil-formola 40.1 tal-Anness III ta' dak ir-Regolament, u għandu jsir bil-frekwenza speċifikata f'dak l-Artikolu.
Artikolu 6 3.
Istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, li mhumiex parti minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni u huma soġġetti għal oqfsa tal-kontabilità nazzjonali bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-ANK relevanti. Dan għandu japplika wkoll għal friegħi sinifikanti.
Artikolu 6 4.

Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 3 għandu jinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451, inkluża informazzjoni speċifikata fil-formola 40.1 tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament, u għandu jsir bil-frekwenza speċifikata f'dak l-Artikolu.

Artikolu 6 5.

L-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 2 u 4 iktar ’il fuq għandha tinkludi biss informazzjoni relatata ma’:

(a) 

assi, obbligazzjonijiet, ekwità, dħul u spejjeż li huma rikonoxxuti mill-entità taħt superviżjoni skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli;

(b) 

skoperturi li ma jidhrux fil-karti tal-bilanċ u attivitajiet fejn l-entità taħt superviżjoni hija involuta;

(c) 

tranżazzjonijiet għajr għal dawk speċifikati fil-punti (a) u (b) mwettqin mill-entità taħt superviżjoni;

(d) 

regoli ta’ valutazzjoni, inklużi metodi għall-istima ta’ telf tar-riskju ta’ kreditu, li jeżistu skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli u li huma applikati mill-entità taħt superviżjoni.

Artikolu 6 6.
L-ANK jistgħu jiġbru l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-BĊE speċifikata fil-paragrafi 2 u 4 bħala parti minn qafas ta’ rapportar nazzjonali usa’ li, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali rilevanti, tinkludi informazzjoni finanzjarja superviżorja addizzjonali u taqdi wkoll skopijiet li ma jkunux biss superviżorji, bħal skopijiet statistiċi.
Artikolu 6 7.
Bħala eċċezzjoni għall-paragrafi 2 u 4, istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li mhumiex parti minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jirrapportaw l-informazzjoni speċifikata fil-formoli 17.1, 17.2 u 17.3 fl-Annessi III u IV, u fil-formola 40.2 fl-Annessi III u IV ►M3  tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 ◄ biss jekk iħejju rapporti finanzjarji kkonsolidati.
Artikolu 6 8.
Bħala eċċezzjoni għall-paragrafi 2 u 4, friegħi sinifikanti m’għandhomx ikunu meħtieġa jirrapportaw l-informazzjoni speċifikata fil-formoli 17.1, 17.2 u 17.3 fl-Annessi III u IV u fil-mudelli 40.1 u 40.2 fl-Annessi III u IV ►M3  tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 ◄ .

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0534
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.