+Artikolu 9 Format u frekwenza ta’ rapportar minn istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti fir-rigward ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajjiż terz
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 1a.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
|
Artikolu 9 Format u frekwenza ta’ rapportar minn istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti fir-rigward ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajjiż terz
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Informazzjoni finanzjarja superviżorja fir-rigward ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajjiż terz għandhom ikunu rrapportati skont kif ġej:
(a)
Istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li japplikaw IFRS fuq bażi kkonsolidata skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, inklużi dawk li japplikawhom għal rapportar superviżorju skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni finanzjarja speċifikata fil-paragrafu 1 tal-Anness II tkun sottomessa fuq bażi individwali lill-ANK relevanti fir-rigward ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajji terz.
►M3
Ir-rapportar superviżorju finanzjarju għandu jseħħ bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451. ◄
(b)
Istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti, minbarra dawk imsemmija fil-punt a, li huma soġġetti għal oqfsa tal-kontabilità nazzjonali fuq bażi kkonsolidata abbażi tad-Direttiva 86/635/KEE, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni finanzjarja superviżorja speċifikata fil-paragrafu 2 tal-Anness II hija sottomessa fuq bażi individwali lill-ANK relevanti fir-rigward ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew f’pajji terz.
►M3
Ir-rapportar superviżorju finanzjarju għandu jseħħ bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451. ◄
|
|
Artikolu 9 1a.
|
Meta aktar minn istituzzjoni ta’ kreditu waħda fi ħdan grupp taħt superviżjoni tapplika rekwiżiti prudenzjali fuq bażi kkonsolidata, il-paragrafu 1 għandu japplika biss għall-istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fi Stat Membru parteċipanti u fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Bħala eċċezzjoni mill-paragrafu 1, informazzjoni finanzjarja li tikkonċerna sussidjarji li għandhom valur ta’ assi totali ta’ EUR 3 biljun jew inqas m’għandhomx jiġu rrapportati. Għal dan l-iskop, il-valur totali tal-assi għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali skont il-liġi applikabbli. Jekk il-valur totali tal-assi ma jistax jiġi ddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali, dan għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kontijiet annwali awditjati l-aktar reċenti, u jekk dawk il-kontijiet annwali ma jkunux disponibbli, fuq il-bażi tal-kontijiet annwali mħejjija skont il-liġijiet tal-kontabilità nazzjonali applikabbli.
|
|
Artikolu 9 3.
|
L-informazzjoni għandha tiġi rrapportata skont il-paragrafu 1 mid-data ta’ referenza tar-rapportar li jmiss għal rapportar trimestrali fejn il-valur totali tal-assi ta’ sussidjarja jkun jaqbeż EUR 3 biljun f’erba’ dati ta’ referenza tar-rapportar konsekuttivi għal rapportar trimestrali. Rapportar skont il-paragrafu 1 mhuwiex meħtieġ mid-data ta’ referenza tar-rapportar li jmiss għal rapportar trimestrali fejn il-valur totali tal-assi ta’ sussidjarja jkun inqas minn jew daqs EUR 3 biljun fi tliet dati ta’ referenza tar-rapportar konsekuttivi għal rapportar trimestrali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0534
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|