+Artikolu 12 Dati ta’ referenza tar-rapportar u dati ta’ rimessa għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
|
Artikolu 12 Dati ta’ referenza tar-rapportar u dati ta’ rimessa għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-informazzjoni rrapportata minn istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti fuq bażi kkonsolidata kif speċifikat fl-Artikolu 11 għandu jkollha dawn id-dati ta’ referenza tar-rapportar:
(a)
għar-rapportar trimestrali, il-31 ta’ Marzu, it-30 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru;
(b)
għar-rapportar semi-annwali, it-30 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Diċembru;
(c)
għar-rapportar annwali, il-31 ta’ Diċembru.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Informazzjoni li tirreferi għal perijodu għandha tiġi rrapportata b’mod kumulattiv mill-ewwel jum tas-sena kalendarja sad-data ta’ referenza tar-rapportar.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Bħala eċċezzjoni għall-paragrafi 1 u 2, meta istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti taħt superviżjoni jitħallew mill-ANK jirrapportaw l-informazzjoni finanzjarja superviżorja tagħhom fuq bażi kkonsolidata bbażata fuq sena tal-kontabilità li tiddevja mis-sena kalendarja, l-ANK jistgħu jaġġustaw id-dati ta’ referenza tar-rapportar sal-aħħar tas-sena tal-kontabilità. Id-dati ta’ referenza tar-rapportar aġġustati għandhom ikunu tliet xhur, sitt xhur, disa’ xhur u 12-il xahar wara l-bidu tas-sena tal-kontabilità. Informazzjoni li tirreferi għal perijodu għandha tiġi rrapportata b’mod kumulattiv li jkopri l-perijodu mill-ewwel jum tas-sena tal-kontabilità sad-data ta’ referenza tar-rapportar.
|
|
Artikolu 12 4.
|
L-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 11 sal-ħin tal-għeluq fil-25 jum tax-xogħol wara d-dati tar-rimessa msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 għall-istituzzjonijiet li ġejjin:
(a)
istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti u li jirrapportaw fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni;
(b)
istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata, minbarra dawk imsemmija fil-punt (a).
|
|
Artikolu 12 5.
|
L-ANK għandhom jiddeċiedu meta istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja sabiex dawn ikunu jistgħu jilħqu dawn l-iskadenzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0534
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|