+Artikolu 6 Obbligi tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.

Artikolu 6 Obbligi tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni

Obbligi tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw li l-fabbrikanti li japplikaw għal approvazzjoni tat-tip tal-UE jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 6 2.
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom biss jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE għat-tipi ta' magni jew għall-familji ta' magni li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 6 3.
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, permezz tal-IMI, reġistru tat-tipi kollha ta' magni u familji ta' magni, li għalihom ingħataw, ġew estiżi jew ġew irtirati approvazzjonijiet tat-tip tal-UE, jew li fir-rigward tagħhom ġiet rifjutata applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Dak ir-reġistru għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u l-isem tal-kumpannija, jekk differenti;

(b) 

l-isem/ismijiet kummerċjali jew il-marka(i) kummerċjali, kif adatt, li jappartjenu għall-fabbrikant;

(c) 

id-deżinjazzjoni tat-tipi ta' magni koperti mill-approvazzjoni tat-tip tal-UE tat-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, mill-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-familja ta' magni;

(d) 

il-kategorija tal-magna;

(e) 

in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE inkluż in-numru ta' kwalunkwe estensjoni;

(f) 

id-data tal-għoti, l-estensjoni, ir-rifjut jew it-tneħħija tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE; u

(g) 

il-kontenut tat-taqsimiet “Informazzjoni ġenerali dwar il-magna” u “Riżultat finali tal-emissjonijiet” tar-rapport dwar it-testijiet imsemmi fl-Artikolu 24(12).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.