+Artikolu 8 Obbligi ġenerali tal-fabbrikanti
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.
---+Artikolu 8 10.
---+Artikolu 8 11.
|
Artikolu 8 Obbligi ġenerali tal-fabbrikanti
Obbligi ġenerali tal-fabbrikanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li meta l-magni tagħhom jitqiegħdu fis-suq dawn ikunu ġew iffabbrikati u approvati f'konformità ma' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Fejn il-fabbrikanti jimmodifikaw magna li hija soġġetta għal approvazzjoni tat-tip tal-UE b'tali mod li sussegwentement tikkwalifika biex tappartjeni għal kategorija jew subkategorija differenti, huma għandhom ikunu responsabbli milli jiżguraw li l-magna tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għal dik il-kategorija jew subkategorija. Fejn persuna ġuridika timmodifika magna b'tali mod li ma tibqax konformi mal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli għaliha skont il-kategorija jew subkategorija tagħha, dik il-persuna għandha titqies li tkun responsabbli biex terġa' tistabbilixxi konformità ma' dawk il-limiti tal-emissjonijiet.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Il-fabbrikanti għandhom ikunu responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u għall-iżgurar tal-konformità tal-produzzjoni, irrispettivament minn jekk ikunux involuti direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni ta' magna.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' f'konformità mat-tip approvat u għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' magni fis-servizz f'konformità mal-Artikolu 19. Il-bidliet fid-disinn jew karatteristiċi ta' tip ta' magna u l-bidliet fir-rekwiżiti li tip ta' magna hija ddikjarata li tkun f'konformità magħhom għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni f'konformità mal-Kapitolu VI.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Minbarra l-marki statutorji msemmija fl-Artikolu 32, il-fabbrikanti għandhom jindikaw, fuq il-magni tagħhom li jkunu ffabrikaw i li jqiegħdu fis-suq jew, meta dan ma jkunx possibbli, f'dokument li jakkumpanja lill-magna, isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz tagħhom fl-Unjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Fuq talba motivata, il-fabbrikanti għandhom jipprovdu lill-OEM b'duplikat tal-marka statutorja msemmija fl-Artikolu 15(4).
|
|
Artikolu 8 7.
|
Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li, dment li huma responsabbli għal magna, il-kondizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tagħha ma' dan il-Kapitolu u l-Kapitolu III.
|
|
Artikolu 8 8.
|
Il-fabbrikanti għandhom iżommu ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE bl-anness tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 23(1) u, fejn applikabbli, kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 31 għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni għal perijodu ta' 10 snin wara t-tqegħid fis-suq ta' magna.
|
|
Artikolu 8 9.
|
Il-fabbrikanti għandhom jipprovdu lil awtoritajiet nazzjonali, fuq talba motivata u permezz tal-awtorità tal-approvazzjoni, kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal magna. Dik il-kopja għandha tkun b'lingwa li tista' faċilment tinftiehem mill-awtorità nazzjonali rikjedenti.
|
|
Artikolu 8 10.
|
Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni, il-fabbrikanti stabbiliti barra l-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant wieħed li jkun stabbilit fl-Unjoni sabiex jirrappreżentahom fit-trattattivi tagħhom mal-awtorità tal-approvazzjoni.
|
|
Artikolu 8 11.
|
Għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, il-fabbrikanti stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant wieħed stabbilit barra mill-Unjoni, li jista' jkun ir-rappreżentant imsemmi fil-paragrafu 10.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|