+Artikolu 18 Rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
|
Artikolu 18 Rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE
Rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li t-tipi u l-familji tal-magni jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'tali mod li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Mid-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni indikati fl-Anness III, it-tipi u l-familji tal-magni ma għandhomx jaqbżu l-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet tal-egżost li ssir referenza għalihom bħala Stadju V u li huma indikati fl-Anness II. Meta, f'konformità mal-parametri li jiddefinixxu l-familja ta' magni stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti, familja waħda ta' magni tkopri aktar minn medda tal-potenza waħda, il-magna referenzjarja (għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE) u t-tipi ta' magni kollha fi ħdan l-istess familja (għall-finijiet ta' konformità tal-produzzjoni) għandhom, fir-rigward tal-firxiet tal-potenza applikabbli:
(a)
jissodisfaw l-aktar valuri rigorużi ta' limiti tal-emissjonijiet;
(b)
jiġu ttestjati bl-użu taċ-ċikli tat-test li jikkorrispondu għall-aktar valuri rigorużi ta' limiti tal-emissjonijiet;
(c)
ikunu soġġetti għad-dati applikabbli li jiġu l-ewwel għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE u t-tqegħid fis-suq li huma stabbiliti fl-Anness III.
|
|
Artikolu 18 3.
|
L-emissjonijiet tal-egżost tat-tipi u tal-familji ta' magni għandhom jitkejlu fuq il-bażi taċ-ċikli tat-test stabbiliti fl-Artikolu 24 u f'konformità mal-Artikolu 25.
|
|
Artikolu 18 4.
|
It-tipi ta' magni u l-familji ta' magni għandhom ikunu ddisinjati u ffittjati bi strateġiji ta' kontroll tal-emissjonijiet b'tali mod li ma jippermettix it-tbagħbis sa fejn possibbli. L-użu ta' strateġiji ta' invalidazzjoni għandu jkun ipprojbit.
|
|
Artikolu 18 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji għall-parametri li għandhom jintużaw għad-definizzjoni tat-tipi ta' magni u ta' familji ta' magni, inklużi l-modi operattivi tagħhom, u d-dettalji tekniċi għall-prevenzjoni tat-tbagħbis kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|