+Artikolu 19 Monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-magni fis-servizz
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
|
Artikolu 19 Monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-magni fis-servizz
Monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-magni fis-servizz
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
L-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi minn magni li jappartjenu għat-tipi ta' magni jew familji ta' magni b'limiti tal-emissjonijiet ta' Stadju V li ġew approvati skont it-tip f'konformità ma' dan ir-Regolament għandhom jiġu mmonitorjati permezz tal-ittestjar tal-magni fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq u operati fuq iċ-ċikli tat-tħaddim normali tagħhom. Tali ttestjar għandu jitwettaq, taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant u f'konformità mar-rekwiżiti tal-awtorità tal-approvazzjoni, fuq magni li tkun saritilhom manutenzjoni korretta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-għażla tal-magni, il-proċeduri tal-ittestjar u r-rapportar tar-riżultati għall-kategoriji ta' magni differenti. Il-Kummissjoni għandha twettaq programmi pilota bil-għan li tiżviluppa proċeduri tal-ittestjar xierqa għal dawk il-kategoriji u subkategoriji ta' magni li fir-rigward tagħhom għadhom mhumiex fis-seħħ tali proċeduri tal-ittestjar. Il-Kummissjoni għandha twettaq programmi ta' monitoraġġ għal kull kategorija ta' magni biex tiddetermina l-miżura sa fejn, l-emissjonijiet imkejla miċ-ċiklu tat-test jikkorrispondu għall-emissjonijiet imkejla mill-operazzjoni proprja. Dawk il-programmi u r-riżultati tagħhom għandhom, fuq bażi annwali, ikunu s-suġġett ta' preżentazzjoni lill-Istati Membri u, sussegwentement, ta' komunikazzjoni lill-pubbliku.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 għall-iskop li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'arranġamenti ddettaljati fir-rigward tal-għażla tal-magni, il-proċeduri għat-testijiet u r-rapportar tar-riżultati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta ' Diċembru 2016.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|